LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/01 p. 8
  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Żviluppa lil Qalbek Biex Tibżaʼ minn Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Nitgħallmu Nsibu Tgawdija fil-Biżaʼ taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Ibżaʼ Minn Jehovah u Igglorifika lill-Isem Qaddis Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 10/01 p. 8

Programm Ġdid għall-​Assemblea tas-​Circuit

Spjegazzjoni waħda taʼ biżaʼ hi “riverenza profonda u rispett, speċjalment lejn Alla.” Din tiddeskrivi l-​biżaʼ bnin li l-​Iskrittura tirreferi għalih bħala “l-​bidu taʼ l-​għerf.” (Salm 111:10) Bħala kuntrast, tip taʼ biżaʼ ieħor jaħkem lid-​dinja taʼ madwarna taʼ Satana. Kif nistgħu nevitaw dan is-​sentiment mhux bnin filwaqt li niżviluppaw biżaʼ b’rispett lejn Jehovah? Il-​programm il-​ġdid għall-​assemblea tas-​circuit għas-​sena taʼ servizz 2002 se jwieġeb din il-​mistoqsija. It-​tema hi “Ibżgħu minn Alla u Agħtuh Glorja.” (Apk. 14:7) Se nitgħallmu dwar il-​ħafna modi kif il-​biżaʼ lejn Jehovah hu taʼ benefiċċju għalina kemm bħala individwi u kemm bħala organizzazzjoni.

Għalkemm il-​biżaʼ jistaʼ joħloq ansjetà jew nuqqas taʼ kuraġġ kif ukoll iżommok lura milli tiffaċċja sitwazzjonijiet diffiċli, il-​Bibbja tistqarr: “Hieni kull min jibżaʼ mill-​Mulej.” (Salm 128:1) Il-​programm taʼ l-​assemblea se jurina kif jistaʼ jkollna suċċess meta niffaċċjaw l-​isfidi tal-​qima vera. Se naraw kif nistgħu ngħinu lill-​uħud ġodda jikkultivaw dan it-​tip taʼ biżaʼ bnin lejn Alla, li fil-​fatt se jqanqalhom biex ikunu jridu jaqduh b’qalbhom, b’ruħhom, b’moħħhom, u bil-​qawwa kollha tagħhom. (Mk. 12:30) L-​ewwel jum se jagħlaq bit-​taħdita taʼ l-​indokratur tad-​distrett “Ersaq Dejjem Eqreb Lejn Dawk li Tħobb.” Se jispjega kif nistgħu noqogħdu għassa għall-​isforz sataniku biex ibegħedna minn Jehovah, mill-​familja tagħna, u minn ħutna l-​Kristjani.

“Ibżaʼ minn Jehovah, Mhux mill-​Bnedmin” hija t-​tema taʼ serje taʼ taħditiet maqsuma f’erbaʼ partijiet fit-​tieni jum. Se tispjega għala u kif għandna negħlbu kull biżaʼ li jżommna milli nwettqu bis-​sħiħ il-​ministeru tagħna jew milli nżommu l-​integrità u l-​kuxjenza tagħna nadifa fl-​iskola jew fuq il-​post tax-​xogħol. It-​taħdita pubblika “Ibżaʼ minn Alla u Żomm il-​Kmandamenti Tiegħu” hija bbażata fuq il-​ġrajjiet li jseħħu wara xulxin deskritti f’Apokalissi kapitlu 14. L-​assemblea tas-​circuit se tikkonkludi bid-​direzzjoni inkuraġġanti li jindika l-​isem tat-​taħdita “Ibqaʼ Miexi fil-​Biżaʼ minn Jehovah.”

L-Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, il-​Laqgħa tas-​Servizz bħala mudell, it-​taħdita tal-​magħmudija, u s-​sommarju taʼ l-​Istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa huma affarijiet importanti oħrajn fil-​programm li m’għandekx titlifhom. Stieden lill-​istudenti tal-​Bibbja tiegħek sabiex jattendu miegħek. Kulmin jixtieq jitgħammed għandu javża lill-​indokratur li jippresiedi malajr kemm jistaʼ jkun. Ilkoll kemm aħna se nkunu rridu nuru l-​biżaʼ bnin tagħna lejn Jehovah u nagħtuh glorja billi ma nitilfu l-​ebda parti minn dan il-​programm mill-​isbaħ!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja