LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/01 p. 8
  • Żomm il-Ħin Liberu f’Postu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żomm il-Ħin Liberu f’Postu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Tiswielek taʼ Ġid ir-Rikreazzjoni Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Uża l-Ħin Tiegħek bil-Għaqal
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Tħalli Xejn Ibiegħdek Minn Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Nixtru l-Ħin għall-Qari u l-Istudju
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 8/01 p. 8

Żomm il-​Ħin Liberu f’Postu

1 F’dawn il-​jiem diffiċli, ilkoll kemm aħna għandna bżonn naqtgħu mir-​rutina kultant. Ċertu ammont taʼ rikreazzjoni huwa xieraq. Madankollu, ħafna ħin użat għas-​serħan, id-​divertiment, u okkażjonijiet soċjali jistaʼ jġiegħel lil persuna tnaqqas il-​pass u tqattaʼ ħafna inqas ħin f’attivitajiet spiritwali. Għandna nżommu l-​ħin liberu f’postu. (Mt. 5:3) Dan kif jistaʼ jsir? Billi nsegwu l-​parir li hemm f’Efesin 5:​15-​17.

2 Poġġi Limiti: Pawlu kiteb li l-​Kristjani għandhom “iqisu sewwa” kif jgħixu ħajjithom billi jużaw l-​għerf. Hemm bżonn taʼ moderazzjoni u rażna sabiex inpoġġu limitu fuq il-​ħin liberu, u nżommuh għal dak li hu neċessarju. Nagħmlu tajjeb jekk naħsbu bis-​serjetà dwar il-​mod kif inqattgħu l-​ħin liberu tagħna. Ir-​rikreazzjoni għandha tkun taʼ benefiċċju għalina u mhux tħallina nħossuna qisna ħlejna l-​ħin tagħna jew għajjenin mejta. Jekk nispiċċaw inħossuna vojta, bla sodisfazzjon, u wkoll ħatja wara li nieħdu sehem f’xi attività, dan jurina li għandna bżonn nagħmlu xi aġġustamenti fl-​użu tal-​ħin tagħna.

3 Kun Raġunevoli: Pawlu ta l-​parir dwar li ‘ngħożżu ż-​żmien’ biex nużawh fl-​iktar affarijiet importanti tal-​ħajja, billi ma nsirux bla raġuni. Il-​Kristjani dedikati ma jistgħux jagħtu prijorità f’ħajjithom lill-​ħin liberu. Għalkemm il-​mistrieħ u l-​passatempi jistgħu jirrifreskawna fiżikament, is-​sors taʼ l-​enerġija spiritwali huwa l-​forza attiva t’Alla. (Is. 40:29-​31) Aħna nirċievu l-​ispirtu tiegħu f’attivitajiet teokratiċi​—fl-​istudju tal-​Bibbja, fl-​attendenza għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, meta nieħdu sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa​—u mhux permezz tar-​rikreazzjoni.

4 Agħmel il-​Prijoritajiet: Pawlu ta l-​istruzzjoni lill-​Kristjani biex ‘ifittxu x’inhi r-​rieda tal-​Mulej.’ Ġesù għallem li l-​attivitajiet tagħna għandhom ikunu b’tali mod li s-​Saltna t’Alla tiġi l-​ewwel f’ħajjitna. (Mt. 6:​33) Huwa imperattiv li l-​ewwel nagħmlu l-​affarijiet li se jippermettulna ngħixu skond id-​dedikazzjoni tagħna lil Jehovah. Wara dan, il-​ħin liberu jkun jistaʼ jinżamm f’postu. Meta l-​ħin liberu nużawh b’dan il-​mod, se jħalli effett tajjeb, u se nieħdu iktar pjaċir bih.​—Koħ. 5:11 (5:12, NW).

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja