LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/01 p. 1
  • Strieħ fuq Jehovah għall-Qawwa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Strieħ fuq Jehovah għall-Qawwa
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Jehovah Jagħti l-Qawwa lill-Għajjien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • “Fittxu lil Jehovah u lil Saħħtu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Ġeħova Se Jtik is-Saħħa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Ġeħova Se Jagħtik is-​Saħħa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 11/01 p. 1

Strieħ fuq Jehovah għall-​Qawwa

1 Għandna bżonn nistrieħu fuq Jehovah għal bosta raġunijiet. Li nippridkaw l-​aħbar tajba “fid-​dinja kollha” huwa inkarigu taʼ sfida. (Mt. 24:14) Il-​ħin kollu nissaraw kontra l-​ġisem imperfett tagħna. (Rum. 7:21-23) Iktar minn hekk, “il-​ġlieda tagħna” hija “kontra l-​Prinċpijiet [sovrumani] taʼ din id-​dinja taʼ dlamijiet.” (Efes. 6:11, 12) Jidher ċar li għandna bżonn l-​għajnuna. Kif nistgħu niksbu l-​qawwa mingħand Jehovah?

2 Bit-​Talb: Jehovah jagħti bla limitu l-​ispirtu qaddis qawwi tiegħu lill-​qaddejja tiegħu li jitolbuhulu. (Lq. 11:13) Għandek nuqqas taʼ fiduċja fl-​abbiltà tiegħek biex tagħti xiehda minn dar għal dar, fit-​triq, jew bit-​telefon? Tistħi tagħti xiehda informali? L-​apatija tan-​nies fit-​territorju naqqsitlek iż-​żelu tiegħek? Xi ngħidu jekk issirlek pressjoni biex tikkomprometti l-​fidi jew l-​integrità tiegħek? Strieħ fuq Jehovah. Itlob għall-​qawwa.—Flp. 4:13.

3 Bl-​Istudju Persunali: Sewwa sew bħalma niksbu s-​saħħa meta nieklu ikel fiżiku, bl-​istess mod nissaħħu spiritwalment meta nieklu regolarment mill-​Kelma t’Alla u minn pubblikazzjonijiet oħra taʼ l-​ilsir leali u diskret. (Mt. 4:4; 24:45) Meta ġie mistoqsi dwar x’qawwieh biex jissaporti maqful f’ċella waħdu għal snin sħaħ fiċ-​Ċina mingħajr Bibbja, Stanley Jones qal: “Nistgħu nieqfu sodi fil-​fidi. Dażgur, l-​ewwel irridu nistudjaw. Ma jkollniex saħħa ġewwinija jekk ma nistudjawx.”

4 Bl-​Attendenza għal-​Laqgħat: F’laqgħa Kristjana taʼ l-​ewwel seklu, Ġuda u Sila “farrġu lill-​aħwa u [saħħewhom] b’ħafna kliem.” (Atti 15:32) Bl-​istess mod illum, dak li nisimgħu fil-​laqgħat ikabbrilna l-​apprezzament għal Jehovah, jibnilna l-​fidi, u jqanqalna biex noħorġu fil-​ministeru. Il-​laqgħat iġibuna f’kuntatt regulari maʼ dawk ‘li qegħdin jaħdmu magħna għas-​Saltna taʼ Alla,’ li huma ‘taʼ faraġ kbir għalina.’—Kol. 4:11.

5 Għandna bżonn l-​għajnuna f’dan iż-​“żmien iebes.” (2 Tim. 3:1) Rigward dawk li jiksbu l-​qawwa mingħand Jehovah, aħna żgurati: “Itellgħu l-​ġwienaħ bħall-​ajkli, jiġru bla ma jegħjew, jimxu bla ma jintelqu.”—Is. 40:31.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja