LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/01 p. 1
  • “Fejn Nistaʼ Nsib il-Ħin?”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Fejn Nistaʼ Nsib il-Ħin?”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Nixtru l-Ħin għall-Qari u l-Istudju
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Kif Nixtru L-Ħin Opportun
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Ibni Ħajtek Madwar is-Servizz taʼ Jehovah
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Int Jistaʼ Jkollok Ferħ Veru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 11/01 p. 1

“Fejn Nistaʼ Nsib il-​Ħin?”

1 Ħafna minna ngergru b’dan il-​mod għax ħajjitna hija mimlija attivitajiet. Kien hemm min qal li l-​ħin huwa wieħed mir-​riżorsi l-​iktar prezzjużi li għandna u l-​iktar wieħed li jispiċċa malajr. Mela fejn nistgħu nsibu l-​ħin għall-​affarijiet li huma verament importanti, bħall-​qari u l-​istudju tal-​Kelma t’Alla?—Flp. 1:10.

2 Is-​soluzzjoni m’hijiex li nfittxu iktar ħin iżda f’li niddeċiedu x’irridu nagħmlu bil-​ħin li għandna. Ilkoll kemm aħna għandna 168 siegħa fil-​ġimgħa, u madwar 100 minnhom inqattgħuhom fl-​irqad u fix-​xogħol. Mela kif nistgħu nieħdu l-​aqwa benefiċċju minn kif nużaw is-​sigħat li jibqgħalna? Efesin 5:15-17 jagħtina l-​parir biex nimxu “mhux bħal nies bla dehen, iżda bħal nies għorrief, li jgħożżu ż-​żmien” li ‘jfittxu x’inhi r-​rieda tal-​Mulej.’ Dan jurina li għandna bżonn nużaw sew kull opportunità biex nagħmlu l-​affarijiet li Jehovah jgħid li huma essenzjali.

3 Ġesù qabbel żmienna maʼ żmien Noè. (Lq. 17:26, 27) In-​nies taʼ dak iż-​żmien kellhom ħajja mimlija bl-​attivitajiet tal-​ħajja taʼ kuljum. Madankollu, Noè sab il-​ħin biex jibni arka enormi u jippriedka. (Lhud 11:7; 2 Pt. 2:5) Kif? Billi poġġa r-​rieda t’Alla l-​ewwel u obdieh meta għamel l-​affarijiet “preċiż hekk.”—Ġen. 6:22, New World Tranlation.

4 X’Għandu Jiġi l-​Ewwel? Ġesù qal: “Il-​bniedem mhux bil-​ħobż biss jgħix, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.” (Mt. 4:4) Kull ġimgħa aħna nirċievu ‘f’waqtu sehemna taʼ l-​ikel [spiritwali].’ (Lq 12:42, Saydon) Għal dan hemm bżonn taʼ skeda regulari taʼ qari u studju persunali sabiex inkunu nistgħu niddiġerixxu kollox jekk irridu nibbenefikaw verament. Minħabba li aħna grati għall-​ikel spiritwali, ma nqisuhx bħall-​ikel li jsir taʼ malajr, li nikluh bil-​ħatfa bħalma nistgħu nieklu l-​ikel materjali. Minflok, l-​apprezzament xieraq iqanqalna biex nieħdu ħin biżżejjed ħalli nistudjaw u nieħdu pjaċir bl-​affarijiet spiritwali.

5 Li nitimgħu lilna nfusna bl-​ikel spiritwali jistaʼ jwassalna għall-​ħajja taʼ dejjem. (Ġw. 17:3) Jixraqlu li jkun fuq quddiem fl-​iskeda tagħna taʼ kuljum. Nistgħu nsibu l-​ħin biex nagħmlu l-​wisaʼ għall-​qari tal-​Bibbja taʼ kuljum u biex nippreparaw għal-​laqgħat Kristjani? Iva, nistgħu. Imbagħad, se nirċievu l-​“ħlas tajjeb” li jiġi meta nkunu nafu r-​rieda t’Alla u nagħmluha.—Salm 19:8-12 (19:7-11, NW).

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja