LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/01 p. 1
  • Uża l-Kelma t’Alla Sew

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uża l-Kelma t’Alla Sew
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Qiegħed Int Timmaniġġa L-Kelma T’Alla Sewwa?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Użaw “is-Sejf taʼ l-Ispirtu” bis-Sengħa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Tużaha Int il-Kelma t’Alla bl-Aħjar Mod?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Kun Persważiv fit-Tagħlim Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 12/01 p. 1

Uża l-​Kelma t’Alla Sew

1 Meta kien qed jagħti xiehda lil wieħed uffiċjal, “Filippu fetaħ fommu u beda minn [ċerta] silta taʼ l-​Iskrittura jxandarlu l-​Evanġelju taʼ Ġesù.” (Atti 8:35) Filippu kien qed “ixandar bir-​reqqa [jew, juża sew] il-​kelma tal-​verità.” (2 Tim. 2:15) Madankollu, illum il-​ġurnata l-​indokraturi li jivvjaġġaw innotaw li ħafna pubblikaturi rari jużaw il-​Bibbja meta jkunu qed jagħtu xiehda. Tużaha int il-​Bibbja fil-​ministeru tiegħek?

2 Il-​Kelma t’Alla hija s-​sors taʼ dak kollu li nemmnu u ngħallmu. (2 Tim. 3:16, 17) Hi tiġbed lin-​nies lejn Jehovah u tedukahom għal ħajjithom kollha. Għalhekk huwa importanti li nużaw il-​Bibbja fil-​ministeru tagħna u mhux sempliċement niddiskutu dwar suġġetti li jinteressawna. (Lhud 4:12) Peress li ħafna nies jafu ftit li xejn dwar il-​Bibbja, hemm bżonn li naqrawlhom minnha biex nuruhom xi gwida prattika toffri u x’futur tippreżenta għall-​bnedmin.

3 Aqra Direttament mill-​Bibbja: Tistaʼ tipprova tmur fuq il-​bibien mingħajr ma tieħu miegħek basket bil-​kotba. Tistaʼ żżomm il-​letteratura speċifika li tixtieq toffri f’folder żgħir u ġġorr il-​Bibbja f’idek jew fil-​but. Imbagħad, meta taqbad konversazzjoni maʼ xi ħadd, tistaʼ toħroġ il-​Bibbja mingħajr ma ġġiegħel lill-​individwu jħossu li qisek qed tipprova tagħmillu xi priedka. Oqgħod f’pożizzjoni b’tali mod li s-​semmiegħ ikun jistaʼ jsegwi dak li tkun qed taqralu mill-​Bibbja tiegħek. Forsi tistaʼ titolbu jaqra vers b’leħen għoli. Iktar se jeffettwah meta jarah direttament mill-​Bibbja minflok ma jisimgħu biss mingħandek. Naturalment, biex tgħinu jifhem il-​punt tal-​vers, enfasizza l-​kliem li joħroġ il-​ħsieb li tixtieq taqsam miegħu.

4 Preżentazzjoni bi Skrittura Waħda: Wara li tintroduċi lilek innifsek, tistaʼ tgħid: “In-​nies iduru lejn diversi sorsi biex juruhom x’għandhom jagħmlu f’ħajjithom. Liema taħseb li hu l-​aħjar sors li jagħti gwida prattika? [Agħti ċans għal tweġiba.] X’taħseb dwar din l-​istqarrija? [Aqra Proverbji 2:6, 7, u agħti ċans għal tweġiba.] L-​għerf tal-​bniedem jidher ċar li huwa difettuż bil-​kbir, għax iġib lil ħafna nies fi stat taʼ disperazzjoni. Madankollu, l-​għerf t’Alla minn dejjem ta prova li tistaʼ tafdah u li hu taʼ benefiċċju.” Imbagħad uri l-​pubblikazzjoni li tkun qed tippreżenta, u enfasizza minnha eżempju wieħed taʼ l-​għerf prattiku t’Alla.

5 Ġesù uża l-​Iskrittura biex jgħin lill-​uħud taʼ qalb onesta. (Lq. 24:32) Pawlu ta prova mill-​Iskrittura taʼ l-​affarijiet li għallem. (Atti 17:2, 3) Il-​fiduċja u l-​ferħ tagħna fil-​ministeru se jiżdiedu hekk kif insiru iktar tas-​sengħa f’li nużaw l-​Kelma t’Alla sew.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja