LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/02 p. 3
  • “Nagħmlu l-Ġid maʼ Kulħadd”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Nagħmlu l-Ġid maʼ Kulħadd”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Kun Ħerqan għat-Tajjeb!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • ‘Inxandru b’Mod Sħiħ il-Kelma taʼ Alla’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • April—Żmien biex ‘Nitħabtu u Nitqabdu’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • ‘Stagħnew b’Opri Tajba’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 4/02 p. 3

“Nagħmlu l-​Ġid maʼ Kulħadd”

1 “Inxandru b’Mod Sħiħ il-​Kelma taʼ Alla” u “Stagħnew b’Opri Tajba” kienu s-​suġġetti prinċipali fl-​inserts taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Frar u Marzu 2002. (Kol. 1:25; 1 Tim. 6:18) F’dawn il-​ħarġiet ġejna mħeġġin biex nagħmlu sforz akbar ħalli ngħinu lil uħud interessati ġodda jattendu għall-​Mafkar, ngħinu lil uħud inattivi jerġgħu jsiru attivi fil-​kongregazzjoni, u biex ngħinu ’l uliedna u lill-​istudenti tal-​Bibbja kwalifikati ħalli jsiru pubblikaturi taʼ l-​aħbar tajba. Żgur li minħabba l-​isforzi kbar tagħna gawdejna xi suċċess. Issa, “dment li għandna ż-​żmien ħa [inkomplu] nagħmlu l-​ġid maʼ kulħadd.”—Gal. 6:10.

2 Stidinhom Jerġgħu Jattendu: F’Malta kważi erbaʼ mitt individwu li m’humiex pubblikaturi taʼ l-​aħbar tajba jattendu l-​Mafkar kull sena. Peress li l-​preżenza tagħhom tfisser li għandhom xi ftit jew wisq interess, x’irridu nagħmlu biex inqanqlu lil dawk li huma “magħżula [“disposti sewwa,” NW] għall-​ħajja taʼ dejjem” biex isiru wħud li ‘jemmnu’? (Atti 13:48) Ħeġġiġhom biex jerġgħu jiġu għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni malajr kemm jistaʼ jkun.

3 Għala ma tistidinx lil xi ħadd interessat biex jattendi għall-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni sabiex igawdi mid-​diskussjoni interessanti dwar il-​profezija taʼ Isaija? Jekk int qarib taʼ l-​individwu jew tafu u dalwaqt se tagħti taħdita fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, tistaʼ tistiednu jiġi u jisimgħek tagħti l-​parti tiegħek. Żommu informat dwar it-​titli tat-​taħditiet pubbliċi li se jingħataw fil-​ġimgħat li jkunu ġejjin. (Skeda aġġornata għandha tkun imwaħħla man-​notice board.) Fittex kull opportunità biex tqanqal fl-​individwu x-​xewqa li jqim lil Jehovah. U ovvjament, jekk għadu ma bediex jistudja l-​Bibbja maʼ xi ħadd mill-​kongregazzjoni tiegħek, tistaʼ b’qalb tajba toffrilu studju.

4 Kompli Ħeġġeġ lil Uħud Inattivi: Għadd minn dawk li jattendu għall-​Mafkar diġà ddedikaw ruħhom lil Jehovah. Madankollu, f’ċertu żmien waqfu jippridkaw l-​aħbar tajba b’mod attiv. U madankollu, Pawlu ħeġġiġna biex “nagħmlu l-​ġid . . . l-​iktar maʼ qrabatna fil-​fidi.” (Gal. 6:10) Għal din ir-​raġuni, għandna speċjalment nagħtu kas taʼ wħud inattivi.

5 Forsi xi wħud diġà wieġbu għall-​inkuraġġiment taʼ l-​anzjani u taʼ oħrajn sabiex jerġgħu jinvolvu ruħhom fil-​ministeru. Jekk tiġi inkarigat mill-​anzjani biex taħdem maʼ pubblikatur li reġaʼ sar attiv, żomm f’moħħok li l-​imħabba tiegħek stess għal Jehovah u għall-​ministeru taʼ l-​għalqa se jibnu l-​fiduċja taʼ dak li jkun. Urih kif jieħu sehem fl-​aspetti differenti tal-​ministeru sabiex isib il-​ferħ fih, jibqaʼ jagħmel ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar, u jkun jistaʼ jesperjenza l-​barkiet taʼ Jehovah.

6 Għin lill-​Pubblikaturi Ġodda Jibdew bit-​Tajjeb: Meta mara interessata għall-​ewwel darba rrealizzat li sabet l-​organizzazzjoni vera t’Alla, riedet tibda toħroġ fis-​servizz mill-​ewwel. Wara li tgħallmet x’kien meħtieġ minnha, qalet: “Ejja ħa nfittex nibda.” Jekk xi ħadd maʼ min qed tistudja l-​Bibbja issa huwa approvat biex jibda jieħu sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa, għinu jara l-​bżonn biex ‘ifittex jibda,’ u b’hekk tgħin lill-​pubblikatur il-​ġdid jibda bit-​tajjeb. Għinu jiżviluppa rutina biex jipprepara u jieħu sehem regolarment fil-​ministeru taʼ l-​għalqa kull ġimgħa.

7 Jekk it-​tfal tiegħek stess saru pubblikaturi ġodda mhux mgħammdin, aħdem magħhom biex jagħmlu progress skond l-​età u l-​kapaċità tagħhom. Bi ftit għajnuna mingħandek, jistgħu jissorprenduk b’kemm huma kapaċi jinvolvu lil xi ħadd fil-​konversazzjoni, jaqrawlu mill-​Bibbja, u joffrulu l-​letteratura. Meta jkollhom żjara tajba fis-​servizz taʼ l-​għalqa, għallimhom kif jagħmlu żjara lura u jieħdu ħsieb l-​interess li jsibu.

8 Kabbar il-​Ministeru Tiegħek Stess: Jippermettulek iċ-​ċirkustanzi li żżid is-​sehem tiegħek fix-​xogħol bħala evanġelizzatur saħansitra wara l-​istaġun tal-​Mafkar? Tistaʼ żżid siegħa jew tnejn kull ġimgħa maʼ dak li tagħmel is-​soltu fis-​servizz? Qed tħares ’il quddiem lejn ix-​xahar li fih se tkun tistaʼ terġaʼ taqdi bħala pijunier awżiljarju? Jew tistaʼ tirranġa l-​istil taʼ ħajtek biex tibda taqdi fil-​ministeru full-time? L-​isforz kollu li nagħmlu fil-​ministeru jistaʼ jgħin lil xi ħadd jaċċetta l-​verità! (Atti 8:​26-39) Hekk kif inħarsu ’l quddiem lejn il-​ġranet li ġejjin, ejja ‘nfittxu dejjem il-​ġid taʼ xulxin u taʼ kulħadd.’—1 Tess. 5:15.

[Kaxxa f’paġna 3]

Kompli Għin lil:

[Kaxxa f’paġna 3]

□✔ Dawk li jattendu għall-​Mafkar

□✔ Pubblikaturi li jerġgħu jsiru attivi

□✔ Pubblikaturi ġodda mhux mgħammdin

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja