LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/03 p. 5
  • Għajnuna f’Waqtha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għajnuna f’Waqtha
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Tinsiex lil Dawk li Huma Inattivi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • “Erġgħu Lura Lejja”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Għinhom Jerġgħu Lura bla Dewmien!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 2/03 p. 5

Għajnuna f’Waqtha

1 Meta l-​appostlu Pietru ra l-​bżonn li jsaħħaħ lil kredenti sħabu, l-​interess tiegħu fihom qanqlu biex jagħtihom tfakkiriet u inkuraġġiment bl-​imħabba. (2 Pt. 1:​12, 13; 3:1) Hu ħeġġeġ lil dawk ‘li kellhom fidi’ biex jibqgħu jiżviluppaw kwalitajiet spiritwali sabiex ma jsirux ‘rieqda u bla frott fl-​għarfien tagħhom taʼ Sidna Ġesù Kristu.’ (2 Pt. 1:​1, 5-8) L-​iskop taʼ Pietru kien li jgħinhom isaħħu s-​sejħa u l-​għażla tagħhom li rċivew mingħand Jehovah, ħalli b’hekk fl-​aħħar ‘jinstabu fis-​sliem, bla tebgħa u bla dnub.’ (2 Pt. 1:​10, 11; 3:​14) Għal ħafna, l-​inkuraġġiment tiegħu kien għajnuna f’waqtha.

2 Illum, l-​indokraturi Kristjani għandhom l-​istess tħassib għan-​nies t’Alla. F’dan iż-​“żmien iebes,” ħafna qaddejja taʼ Jehovah iridu jkampaw maʼ ċirkustanzi diffiċli. (2 Tim. 3:1) Minħabba problemi kontinwi taʼ finanzi, dawk fil-​familja, jew dawk persunali, xi wħud jistgħu jħossuhom bħalma ħassu David: “Għax għalquni minn kull naħa ħsarat li ma jingħaddux; ħakmuni ħtijieti u ma nistax nara; huma aktar mix-​xagħar taʼ rasi; għandi qalbi maqtugħa.” (Salm 40:13 [40:​12, NW]) Dawn il-​pressjonijiet jistgħu tant isiru kbar li wħud bħal dawn jistgħu jittraskuraw responsabbiltajiet spiritwali vitali u jieqfu milli jkunu regulari fil-​ministeru Kristjan. Imma, minkejja d-​diffikultajiet tagħhom, ‘ma nsewx il-​kmandamenti tiegħu [taʼ Jehovah].’ (Salm 119:176) Issa huwa l-​ħin f’waqtu biex l-​anzjani jagħtu l-​għajnuna li hemm bżonn lil uħud bħal dawn.​—Is. 32:​1, 2.

3 Sabiex jilħqu dan il-​bżonn, l-​anzjani ġew inkuraġġiti biex jagħmlu sforz speċjali u jassistu lil dawk li bħalissa m’humiex jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Biex dan iseħħ, bħalissa qiegħed isir sforz intensiv, u dan se jkompli wkoll fix-​xahar taʼ Marzu. L-​indokraturi taʼ l-​istudju tal-​ktieb qegħdin jintalbu jżuru lil dawk inattivi biex joffrulhom għajnuna spiritwali bil-​ħsieb li jgħinuhom jerġgħu jibdew ikunu attivi fil-​kongregazzjoni. Fejn ikun hemm bżonn, jistaʼ jsir studju persunali tal-​Bibbja. Tistaʼ wkoll tintalab l-​għajnuna t’oħrajn. Jekk inti tiġi mistieden biex tagħmel dan, l-​isforzi tiegħek jistgħu jagħmlu ħafna ġid, speċjalment jekk tinkuraġġixxi bil-​ħlewwa u bil-​mogħdrija.

4 Tkun xi ħaġa taʼ ferħ għal kulħadd meta xi ħadd jerġaʼ jsir attiv fil-​kongregazzjoni. (Lq. 15:6) L-​isforzi tagħna biex ninkuraġġixxu lil uħud inattivi jistgħu verament ikunu bħal “kelma li tingħad f’waqtha.”​—Prov. 25:11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja