X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Mar.
“Taħseb li t-tagħlim taʼ Ġesù huwa prattiku għal żmienna? [Agħti ċans għal tweġiba.] Żgur li taqbel mal-kmand li ta Ġesù fl-aħħar ġurnata taʼ ħajtu. [Aqra Ġwann 15:12.] Dakinhar Ġesù għallem lezzjonijiet oħra taʼ valur. Din il-ħarġa tat-Torri taʼ l-Għassa turi kif nistgħu nibbenefikaw minnhom.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 t’Apr.
“Hawnekk nistgħu naraw l-istampa taʼ l-ikla li hija msejħa b’mod tradizzjonali l-Aħħar Ċena. [Uri l-qoxra taʼ quddiem u taʼ wara tar-rivista.] Kont taf li din hija l-unika ġrajja li l-Kristjani huma kmandati biex ifakkruha? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Luqa 22:19.] Din ir-rivista tispjega għala din l-osservanza hija daqshekk importanti u kif teffetwak.”
Stenbaħ! 8 t’Apr.
“M’hijiex xi ħaġa tassew traġika li l-ħajja taʼ ħafna żagħżagħ tħassret bid-drogi? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna drabi, il-problemi jibdew meta ż-żagħżagħ jibdew jagħmluha maʼ kumpanija ħażina. [Aqra l-1 Korintin 15:33.] Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! teżamina x’inhuma l-affarijiet li jinfluwenzaw liż-żgħażagħ biex jibdew jabbużaw mid-drogi u x’jistgħu jagħmlu l-ġenituri biex jipproteġuhom.”