X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 t’Awis.
“Ħafna nies japprezzaw il-fatt li jkollhom reputazzjoni tajba. Xi wħud saħansitra jaħsbu dwar kif se jiftakarhom ħaddieħor meta jmutu. Qatt ħsibt dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Koħèlet 1:7.] It-Torri taʼ l-Għassa jiddiskuti dwar kif nistgħu niksbu fama tajba kemm mal-bnedmin kif ukoll m’Alla.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Sett.
“Ħafna nies iħossu li d-diversi reliġjonijiet tal-bnedmin huma sempliċement toroq differenti li jwasslu għall-istess mira. Oħrajn jemmnu li reliġjon waħda biss hemm li hija tajba. Ġieli ħsibt dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista teżamina parabbola tal-qedem li tgħinek tifhem it-tweġiba għal din il-mistoqsija.” Irreferi għal Mattew 13:24-30.
Stenbaħ! 8 taʼ Sett.
“Ix-xejriet tal-moda jinfluwenzaw ħafna l-ħajjiet taʼ bosta nies illum. Xi wħud iħossu li jsir wisq enfasi fuq x’jilbsu u kif jidhru n-nies. Int x’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba.] Stenbaħ! jippreżenta ħarsa bilanċjata lejn il-moda.” Aqra Kolossin 3:12.