L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2004
1 Jehovah jipprovdi lin-nies komuni dak li għandhom bżonn biex iwettqu xogħol taʼ importanza universali. Mod wieħed kif jagħmel dan hu permezz tat-taħriġ li jipprovdi kull ġimgħa fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku. Qiegħed tipparteċipa bis-sħiħ, kif jippermettu ċ-ċirkustanzi tiegħek? F’Jannar se jibdew isiru xi ftit aġġustamenti bl-iskop li jgħinu lill-istudenti biex jiksbu l-akbar benefiċċju minn dawn l-arranġamenti.
2 L-Ajjutant li Jagħti l-Pariri Jinbidel Kultant Żmien: L-aħwa rġiel li jagħtu t-taħdita taʼ istruzzjoni u l-punti prinċipali mill-Bibbja apprezzaw l-osservazzjonijiet li joffri l-ajjutant li jagħti l-pariri. Fejn hemm biżżejjed anzjani kwalifikati, l-inkarigu taʼ l-ajjutant li jagħti l-pariri jistaʼ jinbidel kull sena. B’dan il-mod, il-piż tax-xogħol jistaʼ jinqasam; iżda l-iktar importanti, l-anzjani u l-qaddejja ministerjali kwalifikati se jibbenefikaw mill-esperjenza kollettiva taʼ varjetà taʼ kelliema u għalliema kapaċi.
3 Skeda tar-Reviżjoni Orali: Jekk il-kongregazzjoni tagħkom ikollha l-assemblea tas-circuit fil-ġimgħa li jkun imiss ir-reviżjoni orali, ir-reviżjoni (u l-bqija taʼ l-iskeda għal dik il-ġimgħa) għandha ssir il-ġimgħa taʼ wara l-assemblea, u l-iskeda tal-ġimgħa taʼ wara għandha ssir fil-ġimgħa taʼ l-assemblea. Madankollu, m’hemmx bżonn li jinbidlu l-iskedi taʼ ġimagħtejn sħaħ meta r-reviżjoni orali taħbat maż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit. Minflok, l-għanja, it-taħdita tal-kwalità tad-diskors, u l-punti prinċipali mill-Bibbja għandhom isiru bħalma jkunu ppjanati fl-iskeda. It-taħdita taʼ istruzzjoni (li tingħata wara t-taħdita tal-kwalità tad-diskors) għandha tittieħed mill-iskeda tal-ġimgħa taʼ wara. Wara li jsiru l-punti prinċipali mill-Bibbja, ikun hemm nofs siegħa taʼ Laqgħa tas-Servizz, li tistaʼ tiġi aġġustata biex ikun hemm jew tliet partijiet taʼ 10 minuti jew tnejn taʼ 15-il minuta. (L-avviżi tal-ftuħ għandhom jitneħħew.) Fi tmiem il-Laqgħa tas-Servizz ikun hemm l-għanja u programm taʼ nofs siegħa mill-indokratur tas-circuit. L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħa taʼ wara se tkompli bit-taħdita tal-kwalità tad-diskors u l-punti prinċipali tal-Bibbja kif ippjanati fl-iskeda, u wara ssir ir-reviżjoni orali.
4 Ħu vantaġġ minn kull opportunità biex tikber spiritwalment. Hekk kif tibbenefika mill-edukazzjoni mill-Iskola tal-Ministeru Teokratiku, tistaʼ tinkuraġġixxi l-kongregazzjoni tiegħek, ikollok parti fit-twettiq tal-profezija mill-Bibbja, u ġġib tifħir lill-Awtur tal-messaġġ meraviljuż li għandna nxandru.—Is. 32:3, 4; Apk. 9:19.