LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/03 p. 8
  • Ngħinu lil Dawk b’“Attitudni Xierqa”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ngħinu lil Dawk b’“Attitudni Xierqa”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Iż-Żjajjar Lura Jwasslu għal Studji tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Il-Preparazzjoni—Fundamentali għal Żjajjar Lura Effettivi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Nikkultivaw l-Interess Permezz taż-Żjajjar Lura
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Kun Qalbieni F’Li Tagħmel Żjajjar Lura
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 12/03 p. 8

Ngħinu lil Dawk b’“Attitudni Xierqa”

1. Fi żmienna, Jehovah lil min qiegħed jiġbor għalih innifsu?

1 Kull persuna għandha attitudni stabbilita fil-​fond tal-​qalb figurattiva tagħha. (Mt. 12:35) Il-​Bibbja titkellem dwar dak li “qalbu bil-​ġlied mimlija.” (Salm 55:22 [55:​21, NW]) Xi wħud għandhom l-​attitudni li jirrabjaw. Iżda hemm dawk ukoll li għandhom “attitudni xierqa lejn il-​ħajja taʼ dejjem.” (Atti 13:​48, NW) Fi żmienna, Jehovah qiegħed jiġbor għalih innifsu wħud b’attitudni xierqa bħal dawn. (Ħag. 2:7) Kif nistgħu ngħinu lil dawn l-​uħud biex isiru aduraturi taʼ Jehovah?

2. X’inhu involut biex inwettqu x-​xogħol tagħna taʼ li nagħmlu dixxipli?

2 Agħmel iż-​Żjajjar Lura bir-​Reqqa: Huwa vitali li jkollna l-​ħarsa xierqa meta niġu biex nagħmlu ż-​żjajjar lura biex b’hekk inkunu nistgħu nwettqu x-​xogħol tagħna taʼ li nagħmlu dixxipli. (Mt. 28:​19, 20) Inħabirku aħna biex nikkultivaw l-​interess li nkunu sibna? Immorru lura għand dawk kollha li jaċċettaw il-​letteratura jew jesprimu interess fl-​aħbar tajba? Nippersistu fl-​isforzi tagħna biex ngħinuhom jikbru spiritwalment? Ladarba hemm il-​ħajjiet involuti, għandna nfittxu li nikkultivaw l-​interess kollu li nsibu.

3. X’għandna nagħmlu wara li nitkellmu maʼ xi ħadd fil-​ministeru?

3 Waqt li konversazzjoni maʼ persuna interessata tkun għadha friska f’moħħok, ħu ftit ħin biex tikteb l-​isem u l-​indirizz tagħha. Niżżel is-​suġġett li ddiskutejtu, l-​iskritturi li qrajt, u x’letteratura ħallejt. Imbagħad, agħmilha mira li terġaʼ tmur malajr kemm jistaʼ jkun.

4. Kif nistgħu nagħmlu żjajjar lura effettivi?

4 Kif Nagħmlu ż-​Żjajjar Lura: Meta tkun qed tagħmel żjara lura, huwa taʼ għajnuna li tkun kordjali u dħuli u turi interess persunali sinċier fl-​inkwilin. Żomm id-​diskussjoni sempliċi u Skritturali. Ipprepara suġġett interessanti x’tiddiskuti minn fuq il-​Bibbja, u fil-​konklużjoni taʼ kull żjara, qajjem mistoqsija li tistaʼ tiġi mwieġba fiż-​żjara li jkun imissek tagħmel darb’oħra. L-​aħjar ħaġa tkun li tevita li taqbad argument dwar xi ħarsa mhix skritturali li l-​inkwilin għandu mnejn jesprimi. Stinka biex tibni fuq affarijiet simili li hemm bejnietkom.—Kol. 4:6.

5. Xi sforz għamel pijunier wieħed, u b’liema riżultati?

5 Jirrikjedi sforz biex nagħmlu żjajjar lura, iżda l-​barkiet huma sodisfaċenti. Pijunier fil-​Ġappun għamilha l-​mira tiegħu li jagħmel iktar żjajjar lura kull xahar. Beda jżomm nota taʼ dawk kollha li ltaqaʼ magħhom fix-​xogħol minn dar għal dar, imbagħad fi żmien ġimgħa kien jerġaʼ jmur għandhom. Hu pprepara tajjeb dak li kien se jgħid, u wettaq il-​ministeru tiegħu b’konvinzjoni sħiħa fil-​messaġġ li kien qed jaqsam. F’waħda miż-​żjajjar lura tiegħu, irnexxielu jibda studju maʼ persuna li qalet: “Qatt ma ħallejtkom tkellmuni. Din hija l-​ewwel darba li qed nismagħkom.” Il-​persistenza taʼ dan il-​pijunier ġabet ir-​riżultati. Fl-​aħħar tax-​xahar kien qed jirrapporta għaxar studji tal-​Bibbja.

6. Għala għandna nippersistu biex nagħmlu ż-​żjajjar lura?

6 Iċ-​ċirkustanzi tan-​nies qegħdin jinbidlu l-​ħin kollu. (1 Kor. 7:31) Taʼ spiss ikollok tmur diversi drabi biex terġaʼ ssib lil xi ħadd interessat id-​dar. Billi nagħmlu ż-​żjajjar lura bir-​reqqa, nistgħu ngħinu lil dawk li għandhom attitudni xierqa biex jaqbdu t-​triq li twassal għall-​ħajja taʼ dejjem.—Mt. 7:​13, 14.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja