LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/04 p. 1
  • Jehovah Jgħin lil Dawk li Jafdaw Fih

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jehovah Jgħin lil Dawk li Jafdaw Fih
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • Il-Fiduċja Hija Vitali għal Ħajja Ferħana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Afda lill-​Aħwa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Saħħaħ il-Fiduċja Tiegħek f’Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Afda f’Ġeħova Hekk Kif Joqrob it-Tmiem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 6/04 p. 1

Jehovah Jgħin lil Dawk li Jafdaw Fih

1 Ħafna nies iqisu l-​flus, il-​poter, u l-​kapaċità tal-​bniedem bħala l-​qofol tas-​suċċess. (Salm 12:5 [12:​4, New World Translation];Salm 33:​16, 17; 49:7 [49:​6, NW]) Madankollu, lil dawk li jibżgħu minn Jehovah u jafdaw fih, il-​Bibbja tassigurahom li “hu l-​għajnuna u t-​tarka tagħhom.” (Salm 115:11) Ejja nikkunsidraw żewġ oqsma li fihom għandna nuru l-​fiduċja f’Jehovah.

2 Bħala Ministri Kristjani: Kulmeta jkollna xi inkarigu fil-​kongregazzjoni jew ngħallmu fil-​ministeru taʼ l-​għalqa, aħna rridu nistrieħu fuq Alla tagħna. Ikkunsidra l-​eżempju taʼ Ġesù. Għalkemm kien l-​Iben t’Alla, hu ma kienx jafda fl-​għerf jew fil-​kapaċità tiegħu stess imma straħ għalkollox fuq Missieru tas-​sema. (Ġw. 12:49; 14:10) Mela kemm iktar aħna għandna bżonn nagħmlu dan! (Prov. 3:​5-7) Huwa biss bil-​barka taʼ Jehovah li l-​isforzi limitati tagħna jkunu jistgħu jġibulu unur u jkunu taʼ benefiċċju għal oħrajn.​—Salm 127:​1, 2.

3 Aħna nuru li nistrieħu fuq Jehovah billi nitolbu għall-​gwida tiegħu u għall-​għajnuna taʼ l-​ispirtu qaddis tiegħu. (Salm 105:4; Lq. 11:13) Barra minn hekk, aħna nuru l-​fiduċja tagħna f’Alla billi nibbażaw it-​tagħlim tagħna fuq il-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. Il-​messaġġ li fiha għandu l-​qawwa jqanqal il-​qlub u jibdel il-​ħajjiet. (Lhud 4:​12) Meta naqdu fil-​ministeru ‘bis-​setgħa li Alla jagħtina,’ Jehovah jiġi glorifikat.​—1 Pt. 4:​11.

4 Meta Niffaċċjaw il-​Problemi: Aħna għandna bżonn ukoll induru lejn Jehovah għall-​għajnuna meta nħabbtu wiċċna maʼ pressjonijiet u problemi. (Salm 46:2 [46:​1, NW]) Per eżempju, dak li jħaddimna forsi ma jkunx irid jagħtina l-​leave biex nattendu xi assemblea, jew forsi nħabbtu wiċċna maʼ xi sitwazzjoni iebsa fil-​familja tagħna. Aħna nuru li nafdaw f’Jehovah billi nitolbuh bil-​ħrara u napplikaw il-​gwida li jipprovdilna permezz tal-​Kelma u l-​organizzazzjoni tiegħu. (Salm 62:9 [62:8, NW];Salm 119:​143, 173) Meta jagħmlu hekk, il-​qaddejja taʼ Jehovah jesperjenzaw l-​għajnuna tiegħu f’ħajjithom.​—Salm 37:5; 118:​13, 16.

5 Jehovah innifsu jassigurana: “Mbierek il-​bniedem li jittama fil-​Mulej, u l-​fiduċja tiegħu fil-​Mulej.” (Ġer. 17:7) Jalla nuru l-​fiduċja tagħna fih f’dak kollu li nagħmlu!​—Salm 146:5 .

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja