LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/04 p. 1
  • Meħtieġa l-Għajnuna Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meħtieġa l-Għajnuna Tiegħek
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • Il-qaddejja ministerjali jagħtu servizz siewi
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Aħwa Rġiel—Iżirgħu għall-Ispirtu u Rsistu!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Aħwa Rġiel Żgħażagħ, Qed Tirsistu?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Ħarreġ lil Oħrajn Biex Jirsistu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 12/04 p. 1

Meħtieġa l-​Għajnuna Tiegħek

1 “Grazzi taʼ dak kollu li tagħmlu għalina lkoll. Tassew li xogħolkom hu taʼ benefiċċju kbir għalina.” Dan il-​kumment jesprimi tajjeb il-​gratitudni tagħna għall-​anzjani Kristjani li hemm fostna. Hekk kif tkompli tespandi l-​organizzazzjoni t’Alla, hemm ħtieġa kontinwa għal irġiel maturi biex jaqdu fi kważi 100,000 kongregazzjoni madwar id-​dinja. Jekk int ħu mgħammed, l-​għajnuna tiegħek hi meħtieġa.

2 ‘Irsisti’: Kif tistaʼ tirsisti għal iktar privileġġi taʼ servizz? (1 Tim. 3:1) Bażikament billi tkun t’eżempju tajjeb fl-​aspetti kollha taʼ ħajtek. (1 Tim. 4:​12; Titu 2:​6-8; 1 Pt. 5:3) Ipparteċipa kemm tistaʼ fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar, u għin lil oħrajn biex jagħmlu l-​istess. (2 Tim. 4:5) Uri interess ġenwin fil-​benesseri taʼ sħabna fit-​twemmin. (Rum. 12:13) Kun student ħabrieki tal-​Kelma t’Alla, u żviluppa l-​arti tat-​tagħlim. (Titu 1:9; 1 Tim. 4:​13) Ħabrek biex twettaq l-​inkarigi li jafdawlek l-​anzjani. (1 Tim. 3:​10) Jekk int kap taʼ familja, ‘ippresiedi fuq dawk taʼ darek bl-​aħjar mod.’​—1 Tim. 3:​4, 5, 12.

3 Biex taqdi bħala anzjan jew qaddej ministerjali jinvolvi ħafna xogħol u jitlob minnek spirtu taʼ sagrifiċċju. (1 Tim. 5:​17) Għalhekk, waqt li tkun qed tirsisti għal din il-​mira, iffoka fuq li taqdi lil oħrajn b’umiltà. (Mt. 20:​25-​28; Ġw. 13:​3-5, 12-​17) Immedita fuq il-​personalità taʼ Timotju, u ipprova imitah. (Flp. 2:​20-​22) Agħmel bħalu u ħalli l-​kondotta tajba tiegħek titkellem għalik. (Atti 16:​1, 2) Waqt li tikkultiva l-​kwalitajiet spiritwali meħtieġa biex tkun tistaʼ terfaʼ iżjed responsabbiltajiet u tapplika xi pariri li tingħata biex timxi ’l quddiem, “kulħadd jara li [tkun] qed tavanza.”​—1 Tim. 4:​15.

4 Ġenituri, Ħarrġu lil Uliedkom biex Jgħinu: It-​tfal jistgħu jibdew jitgħallmu jgħinu miċ-​ċokon. Ħarrġuhom biex joqogħdu attenti fil-​laqgħat, biex jippridkaw, u biex ikunu t’eżempju fil-​kondotta kemm fis-​Sala tas-​Saltna u kemm l-​iskola. Għinuhom jipparteċipaw biex jaqdu lil oħrajn bil-​ferħ, bħal fit-​tindif tas-​Sala tas-​Saltna, li jagħtu għajnuna lil dawk imdaħħlin fiż-​żmien, eċċetra. Ħalluhom jesperjenzaw l-​hena li jħossu meta jagħtu. (Atti 20:35) Dan it-​tip taʼ taħriġ jistaʼ jgħinhom isiru l-​qaddejja ministerjali u l-​anzjani t’għada.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja