Eżempju għaż-Żgħar u għall-Kbar
Hu gawda relazzjoni sabiħa u intima m’Alla. Hu ddedika ħajtu biex jagħmel ir-rieda taʼ Ġeħova. Hu “kien jimxi sewwa maʼ Alla” u ġie mbierek talli għamel hekk. Dan kien Noè, eżempju taʼ min jimitah kemm għall-kbar u kemm għaż-żgħar. (Ġen. 6:9) Il-vidjo Noah—He Walked With God (Noè—Hu Mexa m’Alla) se jgħinek biex ikollok stampa ċara f’moħħok dwar kif kienet il-ħajja taʼ Noè, għala kien jistħoqqlu l-barka taʼ Ġeħova, u kif tistaʼ int timita l-kwalitajiet tajbin tiegħu.
L-edizzjoni tal-vidjo taʼ Noè li ħarġet fuq DVD tinkludi l-kwizz (Video Quiz) li ġej. Ara l-vidjo u wara staqsi lilek innifsek: (1) X’għamlu ħażin ċerti anġli, u min kienu n-Nefilim? (Ġen. 6:1, 2, 4) (2) In-nies għala saru daqshekk ħżiena, u kif ħassu Alla dwar dan? (Ġen. 6:4-6) (3) Noè kif kien differenti? (Ġen. 6:22) (4) Kif ġew meqrudin il-ħżiena? (Ġen. 6:17) (5) Kemm kienet kbira l-arka? (Ġen. 6:15) (6) X’għamel iktar Noè, u n-nies kif wieġbu? (Mt. 24:38, 39; 2 Pt. 2:5) (7) Minn kull speċi t’annimal kemm-il wieħed daħal fl-arka? (Ġen. 7:2, 3, 8, 9) (8) Kemm damet nieżla x-xita, u l-art kemm damet mgħarrqa kompletament? (Ġen. 7:11, 12; 8:3, 4) (9) Noè u l-familja tiegħu għala salvaw? (Ġen. 6:18, 22; 7:5) (10) Fejn straħet l-arka? (Ġen. 8:4) (11) Noè kif kien jaf li setaʼ joħroġ mill-arka? (Ġen. 8:6-12) (12) X’għamel Noè meta ħareġ mill-arka? (Ġen. 8:20-22) (13) Il-qawsalla x’tifsira għandha? (Ġen. 9:8-16) (14) Xi jfisser li ‘timxi maʼ Alla’? (Ġen. 6:9, 22; 7:5) (15) X’jeħtiġilna nagħmlu biex naraw lil Noè fil-Ġenna taʼ l-art? (Mt. 28:19, 20; 1 Pt. 2:21)
Mir-rakkont tal-Bibbja dwar il-lealtà u l-ubbidjenza taʼ Noè, x’tgħallimt int dwar kif tistaʼ ‘timxi maʼ Alla’ u jkollok il-fiduċja fl-abbiltà taʼ Ġeħova biex jeħles lill-poplu tiegħu fi żmienna?—Ġen. 7:1; Prov. 10:16; Ebr. 11:7; 2 Pt. 2:9.