Ħallew Eżempju taʼ Lealtà
1 Fl-1937 inbeda aspett ġdid tal-ministeru full-time—l-attività tas-servizz taʼ pijunier speċjali. Irġiel u nisa kapaċi, taʼ l-esperjenza fil-ministeru Kristjan, aċċettaw minn qalbhom inkarigi biex jaqdu kulfejn tidderiġihom l-organizzazzjoni. Issa, għaxriet taʼ snin wara, il-pijunieri speċjali għadhom iħallu eżempju taʼ lealtà taʼ min jimitah.—Ebr. 6:12.
2 Huma Ħadu t-Tmexxija: Fil-bidu, il-pijunieri speċjali mexxew ’il quddiem ix-xogħol taʼ l-ippridkar billi kienu jużaw fonografu fuq l-għatba tal-bieb taʼ l-inkwilini. Huma użaw ukoll rikordings bħala bażi għad-diskussjonijiet dwar il-Bibbja u ż-żjajjar lura. Dan kienu jagħmluh fi bliet kbar fejn il-kongregazzjonijiet kienu diġà stabbiliti. Iktar tard, il-pijunieri speċjali kienu jintbagħtu fi nħawi fejn kien hemm bżonn akbar għall-proklamaturi tas-Saltna. Huma ħadu ħsieb kull interess li kienu jsibu u kkonduċew l-istudji tal-Bibbja. Minħabba l-isforzi ħerqana tagħhom, ġew ifformati mijiet taʼ kongregazzjonijiet ġodda. Minħabba li evanġelizzaw bla heda huma kkontribwew għat-tkabbir enormi taʼ l-organizzazzjoni li naraw illum. (Is. 60:22) Il-pijunieri speċjali għad għandhom irwol importanti biex jifirxu l-aħbar tajba “fil-ħolqien kollu li hu taħt is-sema.”—Kol. 1:23.
3 Taʼ Min Nimitawhom: Xi pijunieri speċjali ilhom jaqdu fil-ministeru full-time għal għaxriet taʼ snin. Tul is-snin, dawn l-irġiel u nisa leali kellhom il-fidi tagħhom irfinuta taħt diversi ċirkustanzi. (1 Pt. 1:6, 7) Huma kienu lesti jissagrifikaw il-kumditajiet materjali sabiex jaqdu f’postijiet fejn kien hemm bżonn speċjali. Xi wħud issa huma avanzati fl-età u jiffaċċjaw saħħa batuta, jew ċirkustanzi oħrajn li huma taʼ sfida. (2 Kor. 4:16, 17) Madankollu, huma jkomplu ‘jagħmlu l-frott sa fi xjuħithom.’ (Salm 92:15 [Salm 92:14, New World Translation]) Huma jafdaw f’Ġeħova u jesperjenzaw il-barka Salm 34:9 (Salm 34:8, NW); Prov. 10:22.
4 Il-pijunieri speċjali żgur li jistħoqqilhom li nfaħħruhom bl-imħabba. Jekk għandek il-privileġġ li xi pijunieri speċjali huma inkarigati fil-kongregazzjoni tiegħek, ħu vantaġġ mill-opportunità biex tqattaʼ l-ħin magħhom u tibbenefika mill-esperjenza tagħhom. Uri apprezzament għas-servizz tagħhom bħala proklamaturi leali tas-Saltna. Ħallihom jinkuraġġuk bil-fatt li żammew sod. Kulmin jimita l-fidi tagħhom jistaʼ bl-istess mod igawdi l-favur u l-barka taʼ Ġeħova għaliex hu “jitgħaxxaq b’min jagħmel is-sewwa.”—Prov. 12:22.