X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 t’Ott.
“Ladarba Alla jinsab fis-sema, xi wħud jikkonkludu li huwa impossibbli ssir tafu. Ġieli ħassejtek hekk? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Ġwanni 17:3.] Din ir-rivista tispjega kif nistgħu nieħdu għarfien dwar Alla.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Nov.
“Illum hawn ħafna opinjonijiet differenti dwar it-trobbija tat-tfal. Taħseb li l-ġenituri jistgħu jiksbu pariri taʼ min jafdahom? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 32:8.] Din ir-rivista toffri pariri prattiċi mill-Bibbja dwar it-trobbija tat-tfal.”