LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/07 p. 3
  • Kaxxa Għall-mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa Għall-mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • L-Użu taʼ l-Internet—Oqgħod Attent mill-Perikli!
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Tfal fuq l-Internet—Dak li Għandhom Ikunu Jafu l-Ġenituri
    Stenbaħ!—2009
  • Tfal fuq l-Internet—Dak li Jistgħu Jagħmlu l-Ġenituri
    Stenbaħ!—2009
  • Kif Nistaʼ Nevita l-Perikli taʼ fuq l-Internet?
    Stenbaħ!—2000
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 7/07 p. 3

Kaxxa Għall-​mistoqsija

◼ X’inhuma l-​perikli meta nużaw l-​Internet biex nikkomunikaw maʼ xi ħadd li ma nafuhx?

Diversi Web sites saru għan-​nies biex jiltaqgħu u jikkuntattjaw lil xulxin fuq l-​Internet. Ħafna minn dawn is-​sites jippermettu lill-​individwi biex joħolqu u jippubblikaw id-​deskrizzjoni tagħhom stess, li għandha mnejn tinkludi ritratti u informazzjoni persunali oħra. Imbagħad, in-​nies li jaraw id-​deskrizzjoni jistgħu jagħmlu kuntatt. Web sites bħal dawn huma popolari ħafna fost iż-​żgħażagħ, u xi żgħażagħ fil-​kongregazzjoni użawhom biex jikkuntattjaw oħrajn li jgħidu li huma Xhieda taʼ Ġeħova.

Huwa faċli li individwu li nkunu ltqajna miegħu fuq l-​Internet iqarraq dwar l-​identità, l-​ispiritwalità, jew il-​motivi tiegħu. (Salm 26:4) Individwu li jgħid li hu Xhud taʼ Ġeħova jistaʼ fil-​fatt ikun wieħed li ma jemminx, xi ħadd maqtugħ mis-​sħubija, jew saħansitra apostata bl-​iskop li jfixkel lill-​Kristjani. (Gal. 2:4) Skond ir-​rapporti, ħafna pedofili jużaw Web sites bħal dawn biex ifittxu lill-​vittmi tagħhom.

Anki jekk aħna konvinti li dawk li qed nikkomunikaw magħhom għandhom waqfa tajba fil-​kongregazzjoni, il-​konversazzjonijiet f’dan l-​ambjent jistgħu faċilment jinbidlu f’diskors taʼ ħsara. Dan minħabba l-​fatt li n-​nies għandhom it-​tendenza li ma jżommux daqshekk lura minn individwi li ma jkunux iltaqgħu magħhom personalment. Ukoll, għandhom mnejn iqisu l-​komunikazzjoni fuq l-​Internet bħala xi ħaġa privata u jħossu li jgħidu, x’jgħidu ħadd, bħall-​ġenituri jew l-​anzjani, ma se jkunu jafu x’qed jingħad. B’sogħba, xi żgħażagħ minn familji Kristjani nqabdu fin-​nassa u involvew ruħhom f’diskors oxxen. (Efes. 5:​3, 4; Kol. 3:8) Oħrajn inkludew fid-​deskrizzjoni tagħhom fuq il-​kompjuter ritratti provokattivi sesswalment tagħhom infushom, laqmijiet indeċenti, jew konnessjonijiet maʼ vidjos tal-​mużika espliċiti sesswalment.

Meta nqisu dak li semmejna, il-​ġenituri għandhom josservaw il-​mod kif uliedhom jużaw il-​kompjuter. (Prov. 29:15) Ikun perikoluż jekk nistiednu stranġier f’darna jew inħalluh waħdu maʼ wliedna. B’mod simili, huwa perikoluż għalina jew għal uliedna li jagħmlu ħbieb maʼ stranġieri fuq l-​Internet, saħansitra jekk jgħidu li huma Xhieda taʼ Ġeħova.​—Prov. 22:3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja