Programm Ġdid tal-Jum t’Assemblea Speċjali
It-tema tal-programm tal-jum t’assemblea speċjali għas-sena taʼ servizz 2008 hi “Aħna t-Tafal—Ġeħova Huwa l-Fuħħari Tagħna,” ibbażata fuq Isaija 64:8. It-twissija Skritturali li se tingħata f’dan il-programm se żżid l-istima u l-fehma tagħna dwar l-għerf, il-ġustizzja, il-qawwa, u l-imħabba taʼ Ġeħova bħala l-Fuħħari l-Kbir.
It-taħdita taʼ l-indokratur tas-circuit, “Naqdu Bħala Reċipjenti Onorabbli fil-Ministeru,” se turi kif iktar u iktar nies qed jirċievu l-barka kbira taʼ li jsiru jafu l-verità u jaqsmuha m’oħrajn. It-taħdita “Il-Meditazzjoni Se Tħarsek” se tirrivela kif il-meditazzjoni dwar il-prinċipji ġusti taʼ Ġeħova tipproteġina. Il-kelliemi li jkun qed iżur se jindirizza lill-udjenza bit-temi “Ma ‘Nibqgħux Magħġunin Skond Din is-Sistema’” u “Kun Imsawwar mill-Fuħħari l-Kbir.” Il-ġenituri u ż-żgħażagħ se jsibu inkuraġġiment fil-partijiet “Żgħażagħ li Huma Utli għal Ġeħova” u “L-Irwol Vitali tal-Ġenituri fil-Proċess taʼ Tiswir.” Permezz taʼ turijiet u intervisti, se nieħdu pjaċir nisimgħu u nosservaw dak li ħutna rġiel u nisa qed iwettqu fil-ministeru tagħhom. Dawk li jixtiequ jissimbolizzaw id-dedikazzjoni tagħhom lil Alla billi jitgħammdu fl-ilma għandhom jinformaw lill-indokratur li jippresiedi malajr kemm jistaʼ jkun. Kun żgur li ġġib il-kopja tiegħek tal-ħarġa tat-Torri taʼ l-Għassa li se tiġi studjata f’dik il-ġimgħa tal-jum t’assemblea speċjali.
Il-Fuħħari l-Kbir dejjem iwettaq l-iskopijiet tiegħu. Imma jiddependi minn kull wieħed u waħda minna li nagħżlu kif se nwieġbu għall-mod kif qed jifformana. Dawk li jissottomettu ruħhom b’mod għaqli għal-livelli u l-irfinar taʼ Ġeħova jistgħu, bħal ċappa tafal fuq ir-rota tal-fuħħari, jiġu magħġunin, irfinuti, u trasformati f’reċipjenti utli. Meta nikkooperaw maʼ Ġeħova, aħna nigglorifikaw is-sovranità tiegħu u nirċievu ħafna barkiet.