X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Nov.
“Ilkoll kemm aħna nixtiequ nkunu henjin, b’ħajja mimlija skop. Taqbel int maʼ dan il-kliem li qal Ġesù dwar is-sigriet għall-hena? [Aqra Mattew 5:3. Imbagħad agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tispjega li meta nissodisfaw il-bżonn fundamentali li nitwieldu bih biex inqimu lil Alla se jkollna ħajja mimlija skop.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Diċ.
“Kif twiġibha din il-mistoqsija? [Aqra l-mistoqsija minn fuq il-qoxra. Imbagħad agħti ċans għal tweġiba.] Huwa l-iskop t’Alla li jġib l-unità fost ir-razza umana. [Aqra Salm 46:9, 10 (46:8, 9, NW).] Din ir-rivista turi x’tgħid il-Bibbja dwar kif tistaʼ tinkiseb l-unità.”
s