LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/08 p. 4
  • Int Tistaʼ Tkun Għalliem!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Tistaʼ Tkun Għalliem!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Jitħarrġu l-predikaturi tas-Saltna
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Ġeħova Qed Iħarriġna Għal Dan ix-Xogħol
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Iżżommx Lura —Tħossokx li M’Intix Kapaċi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Stinka għall-edukazzjoni li tiġi mingħand Ġeħova
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 11/08 p. 4

Int Tistaʼ Tkun Għalliem!

1. Kull pubblikatur tas-​Saltna liema opportunità speċjali għandu?

1 Wieħed mill-​iktar aspetti premjanti tal-​ministeru hu li tgħallem il-​verità lil xi ħadd. Għandek tgħożżha l-​esperjenza li tara lill-​individwu jwieġeb għall-​messaġġ tas-​Saltna u li tgħinu jersaq eqreb lejn is-​Sovran taʼ l-​univers. (Ġk. 4:8) Kull pubblikatur tas-​Saltna għandu jkollu l-​mira li jgħallem lil min hu bil-​ġuħ għall-​verità u li jarah jagħmel bidliet sinifikanti fil-​personalità, l-​attitudni, u l-​imġiba tiegħu.—Mt. 28:19, 20.

2. Xi wħud għala joqogħdu lura milli jikkonduċu studju tal-​Bibbja, u x’se jgħinhom jegħlbu din il-​problema?

2 Strieħ fuq Ġeħova: Fil-​passat, qaddejja leali ma kinux iħossuhom kapaċi jwettqu l-​inkarigu li tahom Ġeħova. Minħabba li Mosè, Ġeremija, Għamos, u nies ordinarji oħrajn straħu fuq Alla Ġeħova, huma rnexxielhom jegħlbu d-​dubji jew in-​nuqqas taʼ ċertezzi tagħhom stess biex iwettqu xogħol importanti. (Eżo. 4:10-12; Ġer. 1:6, 7; Għam. 7:14, 15) L-​appostlu Pawlu wkoll ‘għamel il-​qalb.’ Kif? Hu wera li dan kien “permezz t’Alla tagħna.” (1 Tess. 2:2) Iva, ilkoll kemm aħna nistgħu nafdaw f’Ġeħova biex jipprovdilna l-​għajnuna, l-​għerf, u s-​saħħa li għandna bżonn ħalli nikkonduċu studji tal-​Bibbja progressivi.—Is. 41:10; 1 Kor. 1:26, 27; 1 Pt. 4:11.

3, 4. Liema taħriġ għandna disponibbli biex jgħinna ngħallmu l-​Kelma t’Alla?

3 Aċċetta t-​Taħriġ: L-​Istruttur Grandjuż tagħna, Alla Ġeħova, jipprovdi taħriġ permezz taʼ programm regulari t’edukazzjoni spiritwali sabiex aħna nkunu nistgħu nsiru kapaċi għalkollox bħala għalliema. (Is. 54:13; 2 Tim. 3:16, 17) Aċċetta dan it-​taħriġ billi tieħu vantaġġ sħiħ minn opportunitajiet biex iżżid il-​fehma tiegħek taʼ l-​Iskrittura u ttejjeb l-​abbiltà tiegħek biex tgħallem il-​veritajiet tal-​Bibbja. Għalkemm dan primarjament hu l-​iskop taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku u l-​Laqgħa tas-​Servizz, il-​laqgħat kollha tal-​kongregazzjoni jħarrġuna biex ngħallmu mill-​Kelma t’Alla.

4 Stinka biex titgħallem modi sempliċi kif tgħallem anki veritajiet spiritwali profondi. Il-​ktieb Ministry School, f’paġna 227, jispjega: “Trid tifhem sew is-​suġġett tiegħek int stess jekk se tagħmlu jinftiehem għal oħrajn.” Meta nikkummentaw fil-​laqgħat niġu megħjunin biex inżommu l-​punti prinċipali f’moħħna ħalli nkunu nistgħu nużawhom fil-​futur. Allura, ipprepara sew, u l-​fiduċja tiegħek fl-​abbiltà tiegħek biex tgħallem se tikber.

5. Liema taħriġ ieħor għandna fil-​kongregazzjoni biex jgħinna nagħmlu progress bħala għalliema?

5 Mill-​bidunett, il-​ministri Kristjani żgur li tgħallmu minn xulxin waqt li ħadu sehem fix-​xogħol taʼ li jagħmlu dixxipli. (Lq. 10:1) Jekk inhu possibbli, mur maʼ pubblikaturi t’esperjenza, inkluż pijunieri, anzjani, u indokraturi li jivvjaġġaw, fuq l-​istudji tal-​Bibbja. Innota kif jużaw tixbihat sempliċi u għodod oħrajn li jinsabu fil-​pubblikazzjonijiet tagħna għall-​istudju biex jispjegaw il-​veritajiet Skritturali. Itlobhom suġġerimenti dwar kif tistaʼ ssir għalliem aħjar. (Prov. 1:5; 27:17) Apprezza dan it-​taħriġ kollu għal dak li tassew hu—taħriġ provdut minn Alla.—2 Kor. 3:5.

6. X’inhu meħtieġ bażikament biex issir għalliem tal-​Kelma t’Alla?

6 Strieħ fuq Ġeħova, u bbenefika mit-​taħriġ li jipprovdi. Itlob dwar il-​progress tiegħek. (Salm 25:4, 5) Int ukoll tistaʼ tesperjenza l-​ferħ li jiġi meta tgħin lil xi ħadd isir bħalek, għalliem tal-​Kelma t’Alla!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja