X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa Jannar-Marzu
“Innotajt li n-nies għandhom livelli differenti fl-indafa u l-iġjene? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din hi raġuni waħda għala l-indafa hija importanti. [Aqra l-1 Pietru 1:16.] Dan l-artiklu jagħti suġġerimenti prattiċi dwar kif tinżamm l-indafa.” Uri l-artiklu li jinsab f’paġna 24.
Stenbaħ! Jannar-Marzu
Kif taħseb li ż-żgħażagħ jistgħu jiġu megħjunin biex ikampaw maʼ l-istress fl-iskola? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-Bibbja f’dan il-vers. [Aqra Proverbji 22:3.] Dan l-artiklu juri x’jistgħu jagħmlu l-ġenituri biex jgħinu liż-żgħażagħ ikampaw maʼ l-istress fl-iskola. Uri l-artiklu li jinsab f’paġna 28.