LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/09 p. 1
  • Ipprietka b’Urġenza!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ipprietka b’Urġenza!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Materjal Simili
  • Żomm Sens t’Urġenza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Kif jista’ jkollok sens t’urġenza għall-ippritkar?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • “Il-Jum il-Kbir taʼ Ġeħova fil-Qrib”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Ippriedka l-Kelma . . . b’Urġenza”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 12/09 p. 1

Ipprietka b’Urġenza!

1. Liema twissija taʼ Pawlu titlob l-attenzjoni tagħna fi żmienna?

1 “Ippriedka l-kelma u agħmel dan b’urġenza.” (2 Tim. 4:2) Għala hija din it-twissija taʼ Pawlu tant importanti fi żmienna? Kif jistaʼ dan il-kliem jeffettwalna ħajjitna u dik t’oħrajn?

2. Għala nħabirku biex infittxu lil dawk li għadhom ma semgħux l-aħbar tajba?

2 Il-Ħajjiet Huma Involuti: Miljuni taʼ nies madwar id-dinja għad iridu jisimgħu l-aħbar tajba li tistaʼ twassal għas-salvazzjoni tagħhom. (Rum. 10:13-15; 1 Tim. 4:16) Qed jinstabu ħafna wħud taʼ qalb onesta f’territorji li jinħadmu spiss. Jekk immorru fi ġranet differenti jew f’ħinijiet oħrajn tal-jum forsi nsibu persuni differenti fid-dar. Tfittxija ħabrieka bħal din se tħallina b’kuxjenza nadifa u ħielsa mill-ħtija tad-demm.—Atti 20:26.

3. Kif nistgħu nużaw il-ħin tagħna bil-għaqal fil-ministeru?

3 Minkejja li ffaċċjaw oppożizzjoni vjolenti, il-Kristjani tal-ewwel seklu ‘mlew lil Ġerusalemm bit-tagħlim tagħhom.’ (Atti 5:28) Determinati aħna daqshom biex “nagħtu xiehda bir-reqqa”? (Atti 10:42) Meta nkunu fil-ministeru nużaw il-ħin bil-għaqal? Jekk inkunu qed nistennew waqt li oħrajn ikunu qed jagħmlu żjara lura, nieħdu l-inizjattiva biex inkellmu lil min ikun għaddej?

4. Kif niġu megħjunin nibqgħu għassa jekk nippritkaw b’urġenza?

4 L-Ippritkar Jagħmilna Iktar Attenti: Minħabba li tmiem is-sistema jinsab fil-qrib, irridu nibqgħu attenti u għassa. (1 Tess. 5:1-6) Meta nitkellmu regolarment dwar it-tama tagħna tas-Saltna, ma nħallux lil din is-sistema tkun taʼ xkiel għalina, jew ittaqqalna. (Lq. 21:34-36) Mill-banda l-oħra, hekk kif inżommu l-jum taʼ Ġeħova ‘dejjem f’moħħna,’ aħna nitqanqlu biex inżidu s-sehem tagħna fix-xogħol tal-ippritkar li jsalva l-ħajjiet.—2 Pt. 3:11, 12.

5. Ir-rispett għall-ħajja kif iqanqalna fil-ministeru?

5 Meta nippritkaw b’urġenza, aħna nuru li għandna l-istess ħarsa taʼ Ġeħova lejn il-ħajja: “[Hu] ma jixtieqx li xi ħadd jinqered imma jixtieq li kulħadd jasal għall-indiema.” (2 Pt. 3:9; Eżek. 33:11) Jalla nkunu determinati li nikkuntattjaw kemm jistaʼ jkun nies, u dan kollu għat-tifħir taʼ Ġeħova!—Salm 109:30.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja