Mod Kif Tuża l-Browxer il-Messaġġ tal-Bibbja
Ħafna nies fit-territorju tagħna, speċjalment dawk li huma membri taʼ reliġjonijiet mhux Kristjani, mhumiex midħla tal-Bibbja. Meta xi pubblikaturi jistudjaw maʼ dawn l-uħud permezz tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem?, huma jużaw ukoll il-browxer Il-Messaġġ tal-Bibbja biex jgħinu lill-istudent tagħhom jikseb ħarsa fuq fuq tal-Bibbja. Pereżempju, ħu jintroduċi sezzjoni 1 tal-browxer meta jikkunsidra kapitlu 3 tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? Wara dan, jikkunsidra sezzjoni oħra fl-aħħar taʼ kull studju. Qiegħed int tistudja maʼ xi ħadd li ftit li xejn jaf il-Bibbja? Sabiex tgħinu jitgħallem ‘il-kitba qaddisa, li tistaʼ tagħmlu għaref għas-salvazzjoni,’ ikkunsidra li, minbarra l-materjal tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem?, tuża xi materjal mill-browxer Il-Messaġġ tal-Bibbja.—2 Tim. 3:15.