Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex nibdew studji tal-Bibbja fl-ewwel Sibt t’Ottubru
“In-nies jagħmlu parti minn diversi reliġjonijiet u jqimu lil Alla b’ħafna modi differenti. Kif taħseb li Alla jħossu dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ara x’għallem Ġesù dwar dan is-suġġett.” Agħti lill-inkwilin kopja tat-Torri tal-Għassa Ottubru-Diċembru, u kkunsidraw flimkien il-materjal taħt l-ewwel sottitlu f’paġna 16 u minn tal-inqas waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u ftiehem biex tmur lura ħalli tiddiskutu l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa Ottubru-Diċembru
Uri l-faċċata tar-rivista, u għid: “Kieku int kif twieġeb din il-mistoqsija? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ara x’tgħid il-Bibbja. [Aqra l-1 Ġwanni 5:19.] Skont dan, “il-Ħażin,” jew ix-Xitan, jaħkem lid-dinja. Imma dan iqajjem xi mistoqsijiet. Ix-Xitan minn fejn ġie? Saħansitra hu persuna reali? Alla għal kemm żmien se jħallih jaħkem? Din ir-rivista turi x’tgħid il-Bibbja.”
Stenbaħ! Ottubru-Diċembru
“Int x’taħseb li hi l-akbar sfida li jiffaċċjaw il-ġenituri llum fit-trobbija tat-tfal? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna ġenituri jistrieħu fuq il-Bibbja għal parir. Pereżempju, dan il-kliem għaref hu t’għajnuna meta wieħed jiddixxiplina lit-tfal. [Aqra Efesin 4:31.] Din ir-rivista turi kif il-parir tal-Bibbja jistaʼ jgħin lill-ġenituri f’kull fażi tat-trobbija taʼ wliedhom, mill-infanzja saż-żgħożija.”