Jehovah’s Witnesses—Faith in Action, Part 2: Let the Light Shine
Wara li Ħuna Rutherford u l-imseħbin tiegħu nħelsu mill-ħabs fl-1919, l-Istudenti tal-Bibbja kellhom xogħol kbir quddiemhom. Bħalma jidher fil-vidjow Jehovah’s Witnesses—Faith in Action, Part 2: Let the Light Shine, l-Istudenti tal-Bibbja kien se jkollhom ħafna opponenti, il-fehma tagħhom tal-Iskrittura kienet se tkompli tikber, u l-fidi tagħhom kienet se tiġi rfinuta. (Prov. 4:18; Mal. 3:1-3; Ġw. 15:20) Wara li tara l-vidjow, tistaʼ twieġeb dawn il-mistoqsijiet?
(1) X’metodi użaw l-Istudenti tal-Bibbja biex ixerrdu l-aħbar tajba? (2) X’ġie mħabbar fil-konvenzjonijiet speċjali tal-1931 u tal-1935? (3) X’kien hemm sinifikanti dwar il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tal-1 taʼ Novembru, 1939? (4) Iddeskrivi x’ġara f’Madison Square Garden matul it-taħdita taʼ Ħuna Rutherford bit-titlu “Government and Peace” (Il-Gvern u l-Paċi). (5) X’kien hemm taʼ min jinnotah dwar it-taħdita taʼ Ħuna Knorr bit-titlu “Peace—Can It Last?” (Il-Paċi—Tistaʼ Tibqaʼ?) (6) Fl-1942, xi pjanijiet għamlu x-Xhieda taʼ Ġeħova biex ikabbru x-xogħol tagħhom tal-ippritkar? (7) Spjega xi ftit mill-battalji legali li ġew miġġildin fl-Istati Uniti, fil-Kanada, u fil-Greċja. (8) X’impatt kellha l-iskola taʼ Gilegħad fuq it-tkabbir tax-xogħol tal-ippritkar? (9) Liema xogħol importanti beda fl-1946, u għala? (10) Ix-Xhieda taʼ Ġeħova liema passi ħadu biex jaċċertaw li l-kondotta tagħhom kienet fi qbil mal-livelli tal-Bibbja? (11) Spjega xi ftit mill-aġġustamenti li saru fis-snin 70 biex l-organizzazzjoni ssegwi iktar mill-qrib l-eżempju li hemm fil-Bibbja. (12) Dan il-vidjow kif għenek tifhem iktar bis-sħiħ li Ġeħova għandu kontroll assolut u li din hi l-organizzazzjoni tiegħu? (13) Dan il-vidjow kif saħħaħ id-determinazzjoni tiegħek biex tkompli tipprietka biż-żelu minkejja l-ostakli? (14) Kif nistgħu nużaw dan il-vidjow biex ngħinu lil qrabatna, lill-istudenti tagħna tal-Bibbja, u lil oħrajn?
Maʼ kull ġurnata li tgħaddi jiżdied kapitlu ġdid mal-istorja tax-Xhieda taʼ Ġeħova. X’se jgħid ir-rekord dwar l-isforzi tagħna fil-ministeru? Bħalma għamlu ħutna fl-imgħoddi, jalla biż-żelu nkomplu ‘nħallu d-dawl jiddi’!—2 Kor. 4:6.