LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/13 p. 2
  • Min Se Jkun Interessat f’Dan l-Artiklu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Se Jkun Interessat f’Dan l-Artiklu?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Materjal Simili
  • Uża r-Rivisti Tagħna bl-Aħjar Mod
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Uża r-Rivisti fil-Ministeru Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Agħżel Artikli Biex Timmira Lejn L-interessi Speċifiċi Tan-nies
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Ir-Rivisti Jħabbru s-Saltna
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2013
km 5/13 p. 2

Min Se Jkun Interessat f’Dan l-​Artiklu?

1. Meta naqraw il-​kopja tagħna tat-​Torri tal-​Għassa jew Stenbaħ! x’għandna nikkunsidraw, u għala?

1 It-​Torri tal-​Għassa u Stenbaħ! jiġu mħejjijin b’tali mod li jilħqu lin-​nies madwar l-​art kollha. Għalhekk, l-​artikli jitkellmu dwar varjetà kbira taʼ suġġetti. Aħna u naqraw kull artiklu fil-​kopja persunali tagħna, għandna nikkunsidraw lil min se jinteressa b’mod partikulari, u mbagħad nagħmlu ċert li noffruh lil dik il-​persuna.

2. Liema suġġetti li jkollna fir-​rivisti għandhom mnejn ikunu taʼ interess partikulari għal oħrajn?

2 Tiddiskuti r-​rivista kurrenti tat-​Torri tal-​Għassa suġġett Bibliku li int u xi ħadd minn sħabek tax-​xogħol ġieli tkellimtu dwaru? Hemm xi artiklu dwar il-​ħajja tal-​familja li jistaʼ jkun t’għajnuna għal xi ħadd minn qrabatek? Taf b’xi ħadd li qed jippjana li jsiefer xi mkien li ssemma dan l-​aħħar fi Stenbaħ!? Hemm xi rivista li se tkun taʼ interess partikulari għal ċerti negozji jew aġenziji tal-​gvern fit-​territorju tiegħek? Pereżempju, rivista li titkellem dwar l-​isfidi li jiffaċċjaw l-​anzjani tistaʼ tkun taʼ interess partikulari għal membri taʼ djar tal-​anzjani. L-​aġenziji li jinforzaw il-​liġi għandhom mnejn ikunu interessati f’xi rivista dwar il-​kriminalità.

3. Irrakkonta esperjenza li turi l-​valur taʼ li toffri ħarġiet speċifiċi tar-​rivisti lil dawk li naħsbu li se jkunu interessati fil-​kontenut tagħhom.

3 Riżultati: Wara li rċivew ir-​rivista Stenbaħ! t’Ottubru, 2011 dwar “Kif Trabbi Tfal Responsabbli,” koppja fl-​Afrika t’Isfel ċemplu 25 skola fit-​territorju tal-​kongregazzjoni tagħhom. Tnejn u għoxrin minnhom aċċettaw kopji tar-​rivista u qassmuhom lill-​istudenti tagħhom. Koppja oħra f’dak il-​pajjiż kellhom l-​istess idea u ħallew kopji tar-​rivista fl-​iskejjel fit-​territorju tagħhom. L-​għalliema taʼ waħda mill-​iskejjel iddeċidew li jużaw ir-​rivista fil-​lezzjonijiet tal-​iskola. Il-​koppja rrakkontaw l-​esperjenza tagħhom maʼ indokratur tas-​circuit. Hu mbagħad ħeġġeġ lill-​kongregazzjonijiet fis-​circuit tiegħu biex jagħmlu l-​istess fl-​iskejjel tat-​territorji tagħhom. L-​uffiċċju tal-​fergħa tant irċieva talbiet għal iktar rivisti li dik il-​ħarġa kellha terġaʼ tiġi stampata!

4. Għala rridu nqassmu r-​rivisti lil kemm jistaʼ jkun nies?

4 Ir-​rivisti tagħna jiddiskutu t-​tifsir veru wara l-​ġrajjiet kurrenti u jdawru l-​attenzjoni lejn il-​Bibbja u s-​Saltna t’Alla. Huma l-​uniċi rivisti fid-​dinja li qed ‘ixandru l-​paċi.’ (Is. 52:7) Għalhekk, irridu nqassmuhom lil kemm jistaʼ jkun nies. Mod tajjeb kif tagħmel dan hu billi tistaqsi lilek innifsek, ‘Min se jkun interessat f’dan l-​artiklu?’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja