LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/13 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Materjal Simili
  • Diskussjoni tal-aħħar mal-kandidati għall-magħmudija
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Ministri tal-aħbar tajba
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Appendiċi
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • In-Ngħaġ taʼ Jehovah Jeħtieġu Attenzjoni Tenera
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2013
km 7/13 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Qabel ma pubblikatur mhux mgħammed jiġi approvat għall-​magħmudija, sa liema punt irid ikun qed jattendi l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni u jieħu sehem fil-​ministeru?

Li wieħed jitgħammed hu l-​iktar deċiżjoni importanti li jistaʼ jieħu. Għalhekk, qabel ma individwu jiġi approvat għall-​magħmudija, irid ikollu fehma raġunevoli taʼ dak li jistenna minnu Alla. Minbarra dan, diġà għandu jkun qed juri li hu determinat li jgħix fi qbil mal-​ħtiġijiet t’Alla.

Il-​Kristjani huma kmandati li ma jabbandunawx il-​laqgħat tagħhom flimkien, u għalhekk pubblikatur mhux mgħammed għandu diġà jkun qed juri d-​diliġenza f’li jattendi l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. (Ebr. 10:24, 25) Ukoll, ġeneralment ikun qed jieħu sehem billi jikkummenta. X’aktarx li jkun miktub fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, għalkemm dan mhux meħtieġ.

Minbarra dan, peress li l-​Kristjani ngħataw l-​inkarigu li jippritkaw l-​aħbar tajba u jagħmlu dixxipli, pubblikatur mhux mgħammed għandu jkun qed jieħu sehem regulari fil-​ministeru qabel ma jitgħammed. (Mt. 24:14; 28:19, 20) Kemm-​il xahar għandu joħroġ fil-​ministeru qabel ma jkun jistaʼ jitgħammed? B’mod loġiku, għandu jingħata biżżejjed żmien biex juri li determinat b’mod sod li jkollu sehem regulari u żeluż fil-​ministeru xahar wara l-​ieħor. (Salm 78:37) Madanakollu, m’hemmx għalfejn tħalli ħafna żmien jgħaddi bejn meta jibda joħroġ fil-​ministeru u meta jikkwalifika għall-​magħmudija; ftit xhur biżżejjed. Kemm għandu jkun qed iqattaʼ ħin fil-​ministeru? M’hemm l-​ebda regola stretta dwar dan. L-​anzjani għandhom iqisu ċ-​ċirkustanzi uniċi taʼ kull pubblikatur u jkunu raġunevoli u bilanċjati.—Lq. 21:1-​4.

L-​anzjani (jew il-​qaddejja ministerjali fil-​kongregazzjonijiet fejn hemm tassew ftit anzjani) li jiltaqgħu maʼ kandidat għall-​magħmudija għandhom jiftakru li kull individwu hu differenti, u għandhom jużaw l-​għaqal meta jiddeċiedu jekk jikkwalifikax għall-​magħmudija. Għandhom jistennew minnu li jkollu xewqa kbira li jkun wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova u li juri apprezzament għall-​privileġġ li jissieħeb mal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova u li jieħu sehem fil-​ministeru. L-​anzjani jifhmu li għadu ma laħaqx il-​maturità spiritwali jew kiseb s-​sengħa taʼ evanġelizzaturi mgħammdin tal-​esperjenza. Jekk l-​anzjani jħossu li l-​kandidat ma jikkwalifikax għall-​magħmudija, b’qalb tajba għandhom jinformawh bir-​raġunijiet Skritturali għad-​deċiżjoni tagħhom u jgħinuh jirċievi l-​għajnuna spiritwali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja