Enfasizza l-Offerta taʼ Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt
B’seħħ minn Mejju 2011, il-pubblikaturi ġew imħeġġin biex jipprovaw jibdew studji tal-Bibbja fl-ewwel Sibt taʼ kull xahar. Sabiex tgħinna nagħmlu dan, ġiet imħejjija parti regulari mill-edizzjoni għall-pubbliku tat-Torri tal-Għassa intitolata “Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin.” Għalhekk, fil-laqgħa għas-servizz tal-għalqa li tinżamm fl-ewwel Sibt għandu jiġi enfasizzat kif din il-parti tistaʼ tintuża biex jinbdew studji tal-Bibbja u għandha ssir turija taʼ preżentazzjoni.
L-anzjani jistgħu jagħżlu li kull grupp tas-servizz tal-għalqa jiltaqaʼ separatament fl-ewwel Sibt, jew jistgħu jiddeċiedu li jgħaqqdu l-gruppi u forsi jiltaqgħu fis-Sala tas-Saltna. Madankollu, jekk is-Sala tas-Saltna tintuża minn diversi kongregazzjonijiet, l-ebda kongregazzjoni m’għandha ċċaqlaq dan il-jum speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja għal ġurnata oħra sabiex issir laqgħa waħda għas-servizz tal-għalqa.