Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ Għandha pubblikatriċi tgħatti rasha hi u tikkonduċi studju tal-Bibbja fuq l-għatba tal-bieb jekk magħha jkun hemm pubblikatur?
Meta pubblikatriċi tikkonduċi studju tal-Bibbja regulari u magħha jkun hemm pubblikatur tas-Saltna, għandha tgħatti rasha. (1 Kor. 11:3-10) Il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tal-15 taʼ Lulju, 2002, paġna 27, tispjega: “Din hija sessjoni taʼ tagħlim pjanata minn qabel li fiha dak li qed jikkonduċi l-istudju jkun fil-fatt qed imexxi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-istudju jsir parti mit-tagħlim li jsir fil-kongregazzjoni. Jekk oħt mgħammda tkun qed tikkonduċi studju tal-Bibbja bħal dan u magħha jkun hemm ħu mgħammed, ikun xieraq li tgħatti rasha.” Dan hu minnu jekk l-istudju jsir ġo dar, fuq l-għatba tal-bieb, jew xi mkien ieħor.
Mill-banda l-oħra, jekk ma jkunx għadu ġie stabbilit studju tal-Bibbja fuq l-għatba tal-bieb, oħt ma jkollhiex għalfejn tgħatti rasha jekk magħha jkun hemm pubblikatur tas-Saltna. Dan jgħodd anki jekk l-iskop taż-żjara lura jkun biex turi kif isir studju tal-Bibbja jew biex tikkunsidra l-materjal f’pubblikazzjoni rikkmandata biex tibda studju. Studji fuq l-għatba tal-bieb spiss jiġu stabbiliti bil-mod il-mod, permezz taʼ diversi żjajjar lura progressivi. Allura, il-pubblikaturi se jkollhom iqisu ċ-ċirkustanzi u jkunu raġunevoli biex jaraw meta l-oħt għandha tibda tgħatti rasha.