LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/14 pp. 2-3
  • “Iġmagħli n-nies”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Iġmagħli n-nies”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Materjal Simili
  • Ismaʼ u Obdi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Okkażjoni biex Nieklu Ikel Spiritwali u Nifirħu
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Konvenzjonijiet Distrettwali U Internazzjonali “Il-Mod taʼ Ħajja t’Alla” għall-1998
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Il-Konvenzjonijiet Distrettwali Tagħna—Xhieda Qawwija għall-Verità
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2014
km 4/14 pp. 2-3

“Iġmagħli n-​nies”

1. X’xebh hemm bejn il-​konvenzjonijiet distrettwali u dawk internazzjonali u l-​assemblea sinifikanti tal-​Iżraelin ftit wara li telqu mill-​Eġittu?

1 Ftit wara li telqu mill-​Eġittu, Ġeħova qal lil Mosè biex ‘jiġmaʼ n-​nies’ ħdejn il-​Muntanja Sinaj ħalli jisimgħu Kliemu sabiex jibżgħu Minnu u jgħallmu lil uliedhom fil-​mogħdijiet Tiegħu. (Dt. 4:10-​13) Bla dubju dik kienet okkażjoni memorabbli u li tibni l-​fidi! Matul il-​ftit xhur li ġejjin, in-​nies taʼ Ġeħova se jinġemgħu f’konvenzjonijiet distrettwali u internazzjonali biex jiġu mgħallmin minn Ġeħova. X’għandna nagħmlu sabiex nibbenefikaw bis-​sħiħ?

2. X’għandna nagħmlu biex ‘inkunu lesti’ għall-​konvenzjoni tagħna?

2 “Kunu lesti”: Ġeħova kkmanda lill-​Iżraelin biex “ikunu lesti” għal dik l-​assemblea storika ħdejn il-​Muntanja Sinaj. (Eżo. 19:10, 11) Bl-​istess mod, preparazzjoni tajba hi meħtieġa minn kull min se jattendi l-​konvenzjonijiet, u mhux biss minn dawk li se jieħdu sehem fil-​programm. Pereżempju, ħafna se jkollhom jagħmlu arranġamenti biex jieħdu l-​leave mix-​xogħol tagħhom. Forsi s-​sitwazzjoni tiegħek hi simili għal dik taʼ Neħemija, li kien il-​kuppier tas-​Sultan Artaserse. Hu ried jitlaq minn xogħlu biex imur sa Ġerusalemm u jgħin biex jerġgħu jinbnew il-​ħitan tagħha, imma kien jaf li s-​Sultan setaʼ ma jaqbilx maʼ dan. Neħemija qal talba u mbagħad bil-​kuraġġ lissen ir-​rikjesta tiegħu bi kliem magħżul tajjeb. Is-​sultan ippermettielu jitlaq u anki ta sapport lill-​proġett tal-​bini! (Neħ. 2:1-​9) Minbarra li titlob il-​leave lill-​imgħallem tiegħek, ikkonfermajt l-​arranġamenti tiegħek għall-​ivvjaġġar u l-​akkomodazzjoni? L-​anzjani jkunu ferħanin jgħinu lil kull min ikollu bżonn l-​għajnuna. Ippjana li tasal kmieni għal kull sessjoni, u kun lest li ‘toqgħod attent iktar mis-​soltu’ għal dak li se tismaʼ.​—Ebr. 2:1.

3. X’se jgħinna nippreparaw qalbna għall-​programm?

3 Aspett importanti ieħor taʼ li nkunu ppreparati jinvolvi li nħejju qalbna biex nisimgħu u nitgħallmu. (Esd. 7:10) Il-​programm tal-​konvenzjoni se jkun disponibbli fuq il-​Websajt jw.org/mt minn qabel u fuqu se jkun hemm it-​titli tat-​taħditiet kollha flimkien maʼ skrittura prinċipali jew tnejn għal kull taħdita. Dan jipprovdi materjal eċċellenti x’nikkunsidraw fil-​lejla tal-​Qima tal-​Familja tagħna fil-​ġimgħat taʼ qabel il-​konvenzjoni. Xi pubblikaturi jipprintjaw il-​programm u jużawh biex jieħdu noti fil-​qosor waqt il-​konvenzjoni.

4. Il-​ġenituri kif jistgħu jużaw il-​konvenzjoni biex jgħallmu lil uliedhom?

4 ‘Għallmu lil uliedkom’: Wieħed mill-​għanijiet tal-​konvenzjoni tal-​Muntanja Sinaj jintqalilna li kien biex il-​ġenituri Iżraelin setgħu “jgħallmu lil uliedhom.” (Dt. 4:10) Il-​konvenzjoni tagħti lill-​ġenituri opportunità eċċellenti biex jagħmlu l-​istess. Il-​ġenituri għandhom jaraw li wliedhom joqogħdu bilqiegħda magħhom matul is-​sessjonijiet u jgħinuhom joqogħdu attenti. Fi tmiem kull jum u iktar tard fil-​qima tal-​familja, il-​familji jistgħu jiddiskutu l-​programm flimkien.

5. Kif se nibbenefikaw milli nattendu l-​konvenzjoni li ġejja?

5 Il-​konvenzjoni sinifikanti ħdejn il-​Muntanja Sinaj għenet lill-​Iżraelin japprezzaw il-​privileġġ uniku tagħhom li jkunu l-​poplu t’Alla. (Dt. 4:7, 8) Il-​konvenzjoni li ġejja hi mħejjija biex tibbenefikana b’mod simili. Għal tlett ijiem se nkunu nistgħu noħorġu mix-​xagħri aħrax tad-​dinja taʼ Satana u nieħdu pjaċir b’serħan spiritwali u assoċjazzjoni li tibni fil-​ġenna spiritwali tagħna. (Is. 35:7-​9) B’jum Ġeħova fil-​qrib, ejja ma nabbandunawx din l-​opportunità biex niltaqgħu flimkien biex ninkuraġġixxu lil xulxin!​—Ebr. 10:24, 25.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja