Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nibdew konversazzjoni sabiex nagħtu xhieda informali
Għala hu importanti: Meta nkunu qed nieħdu sehem fil-ministeru minn dar għal dar, spiss insibu li ħafna nies ma jkunux id-dar. Madankollu, forsi niġu f’kuntatt magħhom meta nkunu qed nużaw it-trasport pubbliku, meta nkunu qed nistennew għand it-tabib, meta nkunu waqt il-ħin tal-brejk ix-xogħol jew l-iskola, u f’postijiet oħrajn. Hija r-rieda taʼ Ġeħova li kulħadd ikollu opportunità li jismaʼ l-messaġġ tas-Saltna. (1 Tim. 2:3, 4) Spiss, sabiex inkunu nistgħu nagħtu xhieda, ikollna nieħdu l-inizjattiva biex nibdew konversazzjoni.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Kull ġimgħa pprova ibda minn tal-inqas konversazzjoni waħda bil-mira li tagħti xhieda informali.