LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/14 p. 4
  • Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Eżempji ta’ preżentazzjonijiet
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Materjal Simili
  • Użah f’Kull Opportunità
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Uża l-fuljett il-ġdid tal-Websajt
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2014
km 7/14 p. 4

Eżempji taʼ preżentazzjonijiet

Fejn nistgħu nsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja?

Agħti l-​fuljett lill-​inkwilin ħalli jkun jistaʼ jara t-​titlu u għid: “Ħelow. Qed nieħdu sehem f’kampanja li qed issir mad-​dinja kollha biex inwasslu dan il-​messaġġ importanti. Din il-​kopja tiegħek.”

Jekk qed tħalli l-​fuljett fejn ma jiftaħ ħadd, agħmlu f’post fejn ma jagħtix fil-​għajn u evita li titwih bla bżonn.

Jekk l-​inkwilin juri interess jew jixtieq jitkellem, forsi tistaʼ titlob l-​opinjoni tiegħu dwar il-​mistoqsija bl-​għażla taʼ tweġibiet fuq il-​faċċata. Iftaħ il-​fuljett, u urih x’jgħid Salm 119:144, 160. Spjega li l-​fuljett fih informazzjoni dwar Websajt li tistaʼ tgħinu jsib tweġibiet sodisfaċenti fil-​Bibbja. Forsi tkun tistaʼ turih eżempju taʼ dan billi turih il-​vidjow Għala għandek tistudja l-​Bibbja? Qabel ma titlaq, urih it-​tliet mistoqsijiet fuq il-​paġna taʼ wara tal-​fuljett u staqsih liema tinteressah l-​iktar. Offri li tmur lura ħalli tkun tistaʼ turih kif isib it-​tweġiba tal-​Bibbja għal dik il-​mistoqsija minn fuq jw.org. Meta tmur lura, iddiskuti t-​tweġiba billi tikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-​BIBBJA > MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN.

Jekk qed tqassam ukoll l-​inviti għall-​konvenzjoni, lill-​inkwilin agħtih l-​invit fl-​istess ħin li tagħtih il-​fuljett u għid, “Għandek ukoll invit għal okkażjoni pubblika bla ħlas li se ssir dalwaqt.”

It-Torri tal-Għassa 1 t’Awwissu

Fi tmiem il-​ġimgħa, meta jkun xieraq, għid hekk biex toffri t-​Torri tal-​Għassa: “Nixtiequ wkoll noffrulek ir-​rivisti kurrenti tagħna. Din il-​ħarġa tat-​Torri tal-​Għassa twieġeb il-​mistoqsija, Huwa Alla interessat fik?”

Stenbaħ! Awwissu

Fi tmiem il-​ġimgħa, meta jkun xieraq, għid hekk biex toffri r-​rivista Stenbaħ!: “Nixtiequ wkoll noffrulek ir-​rivisti kurrenti tagħna. Din il-​ħarġa taʼ Stenbaħ! twieġeb il-​mistoqsija, In-​nies kif jistgħu jagħmlu paċi?”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja