Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
It-Torri tal-Għassa Mejju-Ġunju
“Illum qegħdin inħallu dan il-fuljett maʼ kulħadd f’dawn l-inħawi. [Agħti l-inkwilin il-fuljett Int Kif Tħares Lejn il-Bibbja? u saqsih il-mistoqsijiet taʼ quddiem. Urih it-tweġiba tal-Bibbja mit-2 Timotju 3:16, u inkuraġġih jaqra l-fuljett meta jkollu ċans.] Ħafna mhumiex konxji li l-Bibbja tagħti tweġibiet sodisfaċenti għal mistoqsijiet bħal dawn. [Uri l-mistoqsijiet li jinsabu fil-bidu tal-ewwel artiklu tat-Torri tal-Għassa.] Din ir-rivista tispjega kif int tistaʼ ssib it-tweġibiet fil-Bibbja tiegħek stess.”
Stenbaħ! Mejju-Ġunju
“Hello, mhux se niħodlok ħafna ħin. Illum konna qed inżuru lin-nies għax ħafna huma mħassbin dwar it-tibdil li jaraw fil-familji. Fis-snin li għaddew, il-ġenituri kienu jikkmandaw, imma issa, f’xi familji jidher li hu bil-kontra, it-tfal jikkmandaw. Taħseb li l-ġenituri tal-lum qed jiddixxiplinaw lil uliedhom kif suppost? [Agħti ċans għal tweġiba.] Skont il-Bibbja, id-dixxiplina hi importanti. [Aqra Proverbji 29:17.] Din ir-rivista tiddiskuti l-istruzzjonijiet bilanċjati tal-Bibbja dwar id-dixxiplina tat-tfal.”