LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/15 pp. 2-4
  • Għin lil dawk għomja jitgħallmu dwar Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għin lil dawk għomja jitgħallmu dwar Ġeħova
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Materjal Simili
  • Intejbu l-Abbiltajiet Tagħna fil-Ministeru—Nagħtu Xhieda lil Persuni Neqsin mid-Dawl
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Il-ħajja mingħajr il-vista
    Stenbaħ!—2015
  • Il-Ftuħ taʼ l-Għajnejn għall-Aħbar Tajba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Liema Tama għall-Għomja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2015
km 5/15 pp. 2-4

Għin lil dawk għomja jitgħallmu dwar Ġeħova

1. Ġesù kif wera l-​mogħdrija lejn l-​għomja?

1 Kien għad fadal biss ftit ġranet qabel il-​mewt taʼ Ġesù. Hekk kif kien ħiereġ mill-​belt taʼ Ġeriko, żewġ tallaba għomja għajtu: “Mulej, ikollok ħniena minna!” Għalkemm moħħ Ġesù kien qed iberren fuq il-​provi li kien se jħabbat wiċċu magħhom, hu xorta waħda waqaf, sejjaħ lill-​irġiel ħdejh, u fejjaqhom. (Mt. 20:29-​34) Kif nistgħu nimitaw il-​mogħdrija li Ġesù wera lejn l-​għomja?

2. Kif forsi nistgħu nagħtu xhieda lil xi ħadd agħmi li niltaqgħu miegħu f’post pubbliku?

2 Offri l-​għajnuna tiegħek: Jekk tiltaqaʼ maʼ xi ħadd agħmi, forsi f’xi post pubbliku, introduċi lilek innifsek u offri l-​għajnuna tiegħek. Peress li n-​nies spiss jieħdu vantaġġ mill-​għomja, jistaʼ jkun li l-​wieħed agħmi jissuspetta ħażin fik għall-​ewwel. Imma jekk tkun dħuli b’mod ġenwin u turi interess sinċier fih, abbli jibda jħossu iktar komdu miegħek. Żomm f’moħħok ukoll li mhux kulħadd hu agħmi bl-​istess grad, u dan jistaʼ jiddetermina kemm għandek toffri għajnuna. Wara li tkun għentu, forsi tistaʼ tgħidlu li qed tieħu sehem f’xogħol taʼ edukazzjoni Biblika. Offri li taqralu xi skrittura, bħal pereżempju dik taʼ Salm 146:8 jew Isaija 35:5, 6. Jekk l-​individwu agħmi jaf jaqra l-​Braille bl-​Ingliż, saqsih jekk iridx pubblikazzjoni bil-​Braille bl-​Ingliż li se tgħinu jitgħallem iktar dwar il-​Bibbja. Tistaʼ tgħinu wkoll jikseb fajls bl-​awdjo minn jw.org. Sir af jekk għandux kompjuter bi programm li jaqralu b’leħen għoli dak li hemm miktub fuq l-​iskrin (screen reader program). Jekk għandu dan il-​programm, jistaʼ forsi anke jieħu pjaċir bl-​artikli stampati li hemm fuq jw.org kif ukoll bil-​pubblikazzjonijiet li jistgħu jiġu ddawnlowdjati bil-​format RTF (Rich Text Format).—Ara l-​kaxxa “Meta tkun qed tgħin lil xi ħadd agħmi . . . ” f’paġna 4.

3. Kif nistgħu nfittxu lil uħud għomja fit-​territorju tagħna?

3 Fittex lil uħud għomja: Hu rari li niltaqgħu maʼ nies għomja meta nkunu qed nieħdu sehem fil-​ministeru minn dar għal dar għax ħafna minnhom iħossuhom skomdi jitkellmu maʼ stranġieri li jiġu jħabbtulhom il-​bieb. Għalhekk, hemm bżonn taʼ sforz ħabrieki biex ‘tfittex’ lil dawn l-​uħud ħalli tagħtihom xhieda. (Mt. 10:11) Hemm xi ħadd fuq il-​post tax-​xogħol jew xi ħadd fl-​iskola tiegħek li hu agħmi? Ħu l-​inizjattiva biex tkellmu. Jekk fit-​territorju tiegħek hemm skola għall-​għomja, offri li tħallilhom xi ftit mill-​pubblikazzjonijiet tagħna bil-​Braille biex iżommuhom fil-​librerija tal-​iskola. Taf lil xi ħadd li għandu membru tal-​familja li hu agħmi? Fit-​territorju tiegħek hemm organizzazzjonijiet li jagħtu servizzi utli għall-​għomja, djar tal-​anzjani li għandhom residenti għomja, jew faċilitajiet simili? Spjega lill-​membru tal-​familja, lir-​receptionist, jew lid-​direttur li x-​Xhieda taʼ Ġeħova huma tassew interessati f’li jgħinu lill-​uħud għomja, u offri li ġġib letteratura bil-​Braille jew rekordings bl-​awdjo. Urih il-​wegħda tal-​Bibbja li Alla daqt se jeqred għalkollox din id-​diżabilità. Ukoll, tistaʼ turi l-​vidjow bl-​Ingliż li hemm fuq jw.org bl-​isem “Without It, I Would Feel Lost,” li jirrakkonta l-​esperjenza taʼ raġel agħmi li bbenefika għax għandu l-​Bibbja bil-​Braille. Billi tispjega għala qed tagħmel din iż-​żjara, tistaʼ tiftaħ it-​triq biex tikkuntattja lil nies għomja.

4. Liema lezzjonijiet nitgħallmu mill-​esperjenza taʼ Janet?

4 Oħt għamja li jisimha Janet żaret faċilità li għandha residenti għomja. Qabdet konversazzjoni maʼ mara żagħżugħa. Janet qaltilha: “Ġesù fejjaq lil nies għomja biex juri x’se jagħmel għal dawk kollha li huma għomja.” Huma kkunsidraw flimkien l-​iskrittura taʼ Rivelazzjoni 21:3, 4, u Janet spjegat kif din il-​wegħda se titwettaq permezz tas-​Saltna t’Alla. Il-​mara ssummat għal ftit u mbagħad qalet: “Qatt ma smajt dan mill-​ħarsa taʼ xi ħadd agħmi. Il-​biċċa l-​kbira min-​nies li jaraw jemmnu li n-​nies huma għomja minħabba xi ħaġa li għamlu huma jew li għamlu l-​antenati tagħhom.” Janet bagħtet e-​mail lill-​mara b’link għall-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem?, u issa qed jistudjaw il-​Bibbja flimkien darbtejn fil-​ġimgħa.

5. Għalkemm ma nistgħux infejqu lill-​għomja bħalma għamel Ġesù, jekk nuru interess fl-​għomja, liema barkiet se jkollna?

5 Ovvjament, ma nistgħux infejqu lill-​għomja bħalma għamel Ġesù, imma nistgħu ngħinu lil dawk kollha li moħħhom ġie mogħmi mill-​alla taʼ din is-​sistema, inkluż dawk għomja fiżikament, biex jifhmu l-​verità tal-​Kelma t’Alla. (2 Kor. 4:4) Ġesù fejjaq żewġt irġiel ħdejn Ġeriko għax “ħassu mqanqal u tħassarhom.” (Mt. 20:34) Jekk nuru interess simili fl-​għomja, inkunu nistgħu ngawdu l-​privileġġ li ngħinu lil xi wħud jitgħallmu dwar Ġeħova, dak li se jfejjaq lill-​għomja darba għal dejjem.

Meta tkun qed tgħin lil xi ħadd agħmi . . .

  • Ħares dirett lejh meta tkun qed tkellmu, imma tgħollix leħnek. L-​għomja ma jistgħux jaraw, imma ġeneralment m’għandhomx problema bis-​smigħ.

  • Ħallih iżommok minn ftit ’il fuq mill-​minkeb jekk qed tiggwidah. Se jkun jistaʼ jsegwik hekk kif timxi nofs pass quddiemu. Meta tara bankina, arblu, tarġa, jew xi ħaġ’oħra simili, tajjeb li tgħidlu biha.

  • Tiddejjaqx tuża kliem li jirreferu għall-​vista, bħal “ara” u “ħares.” L-​għomja wkoll jużaw dan il-​kliem. Huma “jaraw” bis-​sensi l-​oħra tagħhom, saħansitra joħolqu stampi ġo moħħhom taʼ dak li qed jiġi deskritt.

  • Ara li d-​diskussjonijiet li jkollkom isiru f’postijiet għall-​kwiet. L-​għomja ġeneralment ma jħossuhomx komdi f’postijiet fejn hemm ħafna storbju fl-​isfond, għax ikun diffiċli għalihom biex ikunu jafu x’qed jiġri madwarhom.

  • Għidlu meta tkun se titlaq minn ħdejh. B’hekk, ma jħossux imbarazzat għax forsi jkun spiċċa jitkellem waħdu.

  • Ħu l-​inizjattiva biex issib lil xi ħadd li hu kwalifikat biex jgħinu jekk juri interess imma ma jgħixx fit-​territorju tiegħek.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja