Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Noffru l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem
Għala hu importanti: Fil-kaxxa tal-għodda li nużaw biex ngħallmu, il-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? hu l-għodda primarja tagħna. Però, qabel ma nkunu nistgħu nużaw dan il-ktieb biex nistudjaw maʼ xi ħadd, l-ewwel irridu nħalluh miegħu. Għalhekk, ilkoll kemm aħna rridu nistinkaw biex insiru tas-sengħa f’li noffru l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? fil-ministeru. (Prov. 22:29) Hemm ħafna modi kif tistaʼ tagħmel dan, u l-pubblikaturi għandhom jużaw dak li jsibu tajjeb għalihom.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Agħmel sessjonijiet taʼ prattika matul il-qima bħala familja.
Meta tkun fil-ministeru, aqsam mal-pubblikaturi l-oħra dak li beħsiebek tgħid. (Prov. 27:17) Biddel il-preżentazzjoni tiegħek jekk ma tkunx effettiva.