TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠOB 21-27
Ġob iġġieled ħsibijiet negattivi
Satana juża l-gideb biex jiskuraġġixxi l-qaddejja taʼ Ġeħova llum. Innota l-kuntrast bejn il-gideb taʼ Satana u s-sentimenti veri taʼ Ġeħova, bħalma huma murijin fil-ktieb taʼ Ġob. Niżżel iktar versi mill-Bibbja li jagħtuk prova li Ġeħova jimpurtah minnek.
GIDEB LI JGĦID SATANA |
KIF VERAMENT IĦOSSU ĠEĦOVA |
---|---|
Alla tant hu preċiż li jagħmlu x’jagħmlu l-qaddejja tiegħu, xejn mhu tajjeb biżżejjed. L-ebda ħolqien ma jistaʼ jogħġbu (Ġob 4:18; 25:5) |
Ġeħova japprezza l-isforzi umli tagħna (Ġob 36:5) |
Il-bniedem mhuwiex utli għal Alla (Ġob 22:2) |
Ġeħova jaċċetta u jbierek is-servizz leali tagħna (Ġob 33:26; 36:11) |
Alla ma jimpurtahx li inti ġust (Ġob 22:3) |
Ġeħova ma jwarrabx għajnejh minn fuq il-ġusti (Ġob 36:7) |