LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb17 April p. 2
  • Ilqgħuhom mill-​qalb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ilqgħuhom mill-​qalb
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • Materjal Simili
  • Se Tingħata Xhieda Qawwija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Nilqgħu lill-​mistidnin tagħna
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Agħtuhom Merħba!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Kif Nistgħu Ngħinu lil Dawk li Jattendu t-Tifkira?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
mwb17 April p. 2

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ilqgħuhom mill-​qalb

Nilqgħu mill-​qalb lil min? Lil kull min jattendi l-​laqgħat Kristjani tagħna—minn uħud ġodda sa ħbieb antiki. (Rum 15:7; Eb 13:2) Forsi jkun wieħed minn sħabna fit-​twemmin li jkun qed iżurna minn pajjiż ieħor jew Kristjan inattiv li qed jattendi l-​ewwel darba wara ħafna snin. Immaġina kif kieku tħossok f’din is-​sitwazzjoni. Ma tapprezzax kieku li tiġi milqugħ mill-​qalb? (Mt 7:12) Allura għala ma tagħmilx iktar sforz biex iddur ftit fis-​Sala tas-​Saltna u tilqaʼ lil oħrajn qabel u wara l-​laqgħa? Dan se jgħin biex ikun hemm atmosfera sabiħa u taʼ mħabba, u dan se jġib unur lil Ġeħova. (Mt 5:16) Naturalment, x’aktarx ma jkunx possibbli li titkellem maʼ kull persuna preżenti. Minkejja dan, kulħadd se jħossu milqugħ jekk ilkoll nagħmlu l-​parti tagħna.a

L-​ospitalità vera ma tintweriex biss f’okkażjonijiet speċjali bħat-​Tifkira imma l-​ħin kollu. Meta wħud ġodda jaraw u jesperjenzaw l-​imħabba Kristjana fl-​azzjoni, għandhom mnejn jitqanqlu biex ifaħħru lil Alla u jingħaqdu magħna fil-​qima pura.—Ġw 13:35.

a Il-​prinċipji tal-​Bibbja juru li m’għandniex nilqgħu lil xi ħadd li jattendi li hu maqtugħ mis-​sħubija jew li ddiżassoċja ruħu.—1Ko 5:11; 2Ġw 10.

Ħu jilqaʼ lil uħud ġodda fis-Sala tas-Saltna

SUĠĠERIMENTI BIEX NGĦINU LIL UĦUD ĠODDA

  • Introduċi lilek innifsek u saqsihom x’jisimhom

  • Stidinhom biex joqogħdu bilqiegħda ħdejk

  • Urihom mill-​Bibbja u l-​ktieb tal-​għanjiet tiegħek

  • Wara l-​laqgħa, kun disponibbli biex twieġeb il-​mistoqsijiet tagħhom

  • Offri studju tal-​Bibbja meta jkun xieraq

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja