TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | MATTEW 25
“Ibqgħu għassa”
Għalkemm il-parabbola taʼ Ġesù tal-għaxar verġni kienet għall-Kristjani midlukin, il-messaġġ bażiku tal-parabbola japplika għall-Kristjani kollha. (w15 3/15 9-14) “Għalhekk, ibqgħu għassa għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa.” (Mt 25:13) Tistaʼ tispjega l-parabbola taʼ Ġesù?
L-għarus (vs. 1)—Ġesù
Il-verġni għaqlin u preparati (vs. 2)—Il-Kristjani midlukin li huma preparati biex iwettqu l-inkarigu tagħhom b’mod leali u li se jibqgħu jiddu bħala dawwala sat-tmiem (Flp 2:15)
L-għajta, “Wasal l-għarus!” (vs. 6)—Evidenza tal-preżenza taʼ Ġesù
Il-verġni boloh (vs. 8)—Il-Kristjani midlukin li joħorġu biex jiltaqgħu mal-Għarus imma ma jibqgħux għassa u ma jżommux l-integrità tagħhom
Il-verġni għaqlin ma jaċċettawx li jagħtu miż-żejt tagħhom (vs. 9)—Wara l-aħħar siġill, ikun tard wisq għall-midlukin leali biex jgħinu lil xi ħadd li ma baqax leali
“Wasal l-għarus” (vs. 10)—Ġesù jiġi biex jagħmel ġudizzju lejn l-aħħar tat-tribulazzjoni l-kbira
Il-verġni għaqlin jidħlu fil-festa tat-tieġ mal-għarus, u l-bieb jingħalaq (vs. 10)—Ġesù jiġbor lill-midlukin leali fis-sema, imma dawk mhux leali jitilfu l-premju li jkunu fis-sema