TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | LUQA 12-13
“Intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-bejt”
Fuq xiex kien qed jitkellem Ġesù meta qal il-kliem li nsibu f’Luqa 12:6, 7? Fil-vers 4 naqraw li Ġesù qal lis-segwaċi tiegħu biex ma jibżgħux minn min jopponihom jew minn min forsi jkun se joqtolhom. Ġesù kien qed jipprepara lid-dixxipli tiegħu għall-oppożizzjoni li kienu se jiffaċċjaw iktar tard. Hu għamel dan billi assigurahom li Ġeħova jqis taʼ valur il-qaddejja kollha tiegħu u li mhux se jħalli li ssir ħsara dejjiema fuqhom.
Ġeħova jimpurtah minn dawk li qed jiġu ppersegwitati. Aħna kif nistgħu nimitawh f’dan ir-rigward?
Fejn nistgħu nsibu informazzjoni aġġornata dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova li huma fil-ħabs minħabba l-fidi tagħhom?
Kemm hemm aħwa fil-ħabs?