GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ġeħova jħobb nies nodfa
“Aħsel idejk. Naddaf il-kamra. Iknes l-art. Oħroġ iż-żibel.” Ħafna ġenituri jgħallmu lil uliedhom kif jibqgħu nodfa fiżikament. Madankollu, il-prinċipji tal-indafa ġejjin mingħand l-Alla l-qaddis tagħna. (Eżo 30:18-20; Dt 23:14; 2Ko 7:1) Meta nżommu ġisimna u l-affarijiet tagħna nodfa, inkunu qed nonoraw lil Ġeħova. (1Pt 1:14-16) Xi ngħidu dwar id-dar u l-ambjent taʼ madwarna? B’kuntrast man-nies li jitfgħu ż-żibel fit-toroq u fil-ġonna, il-Kristjani jagħmlu l-aħjar tagħhom biex iżommu d-dinja, li hi d-dar tagħhom, nadifa. (Sa 115:16; Ri 11:18) Anke affarijiet żgħar bħal kif narmu l-karti tal-ħelu, il-fliexken tal-luminata, jew iċ-chewing gum, jistaʼ juri kif aħna nqisu l-indafa. Aħna rridu “nirrikkmandaw lilna nfusna bħala ministri t’Alla” f’kull aspett tal-ħajja.—2Ko 6:3, 4.
ARA L-VIDJOW ALLA JĦOBB NIES NODFA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Xi wħud xi skużi jġibu biex ma jżommux l-affarijiet tagħhom nodfa?
Il-Liġi Mosajka kif irrivelat x’inhi l-ħarsa taʼ Ġeħova lejn l-indafa?
Aħna kif nistgħu nġibu tifħir lil Ġeħova bl-għemil tagħna?
Kif nistaʼ nirrifletti l-ħarsa taʼ Ġeħova lejn l-indafa fil-ħajja personali tiegħi?