GĦIX BĦALA KRISTJAN
Int kemm tgħożżha l-Kelma t’Alla?
Il-Bibbja fiha l-ħsibijiet u l-kliem t’Alla Ġeħova, l-Awtur taʼ dan il-ktieb sagru. (2Pt 1:20, 21) Billi tenfasizza d-dritt t’Alla li jmexxi permezz tas-Saltna tiegħu, il-Bibbja tagħti tama lill-bnedmin kollha li dalwaqt se jkun hawn żminijiet aħjar. Mill-Bibbja nsiru nafu wkoll il-personalità kollha mħabba taʼ Missierna tas-sema, Ġeħova.—Sa 86:15.
Kull wieħed minna għandu raġunijiet differenti għala jgħożż il-Kelma taʼ Ġeħova. Imma nuru aħna li ngħożżu din l-għotja prezzjuża billi naqrawha kuljum u mbagħad napplikawha f’ħajjitna? Jalla l-azzjonijiet tagħna jagħtu prova li aħna nħossuna bħalma ħassu s-salmista: “Kemm inħobbha l-liġi tiegħek!” —Sa 119:97.
ARA L-VIDJOW HUMA KELLHOM APPREZZAMENT KBIR GĦALL-BIBBJA—SILTA MILL-VIDJOW (WILLIAM TYNDALE), U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
William Tyndale għala ttraduċa siltiet mill-Bibbja?
Għala l-isforzi tiegħu biex jittraduċi l-Bibbja kienu tant rimarkevoli?
Il-kopji tal-Bibbja taʼ Tyndale kif iddaħħlu bil-moħbi fl-Ingilterra?
Kull wieħed minna kif jistaʼ juri li jgħożż il-Kelma t’Alla?