GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ipprova Sir Af id-Dettalji Kollha
Meta taqra r-rakkonti tal-Bibbja, ipprova sir af id-dettalji kollha. Tgħallem dwar il-kuntest, in-nies involuti, u r-raġunijiet għala setgħu aġixxew b’ċertu mod. Uża l-immaġinazzjoni tiegħek biex tara l-postijiet, tismaʼ l-ħsejjes, ixxomm l-irwejjaħ taʼ madwarek, u tħoss l-emozzjonijiet tal-karattri.
ARA L-VIDJOW TEJJEB IL-QARI TIEGĦEK TAL-BIBBJA—SILTA MILL-VIDJOW, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
X’jistgħu jkunu xi raġunijiet għala xi membri tal-familja taʼ Ġużeppi mhux dejjem qablu bejniethom?
X’raġunijiet jistaʼ jkun hemm għala ħut Ġużeppi kultant aġixxew bla ma ħasbuha?
X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja dwar Ġakobb, missier Ġużeppi?
Ġakobb x’lezzjoni sabiħa għallem lil uliedu dwar kif jirranġaw id-differenzi taʼ bejniethom?
Int kif ibbenefikajt minn dan il-vidjow?