TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 10-11
Mosè u Aron Juru Kuraġġ Kbir
Mosè u Aron urew qlubija u kuraġġ kbir meta tkellmu mal-Fargħun, l-iktar raġel setgħan fid-dinja dak iż-żmien. X’għenhom ikunu hekk? Rigward Mosè, il-Bibbja tgħid: “Bil-fidi telaq mill-Eġittu u ma beżax mir-rabja tas-sultan, imma baqaʼ sod bħallikieku qed jara lil Dak li hu inviżibbli.” (Eb 11:27) Mosè u Aron kellhom fidi b’saħħitha f’Ġeħova u straħu fuqu.
F’liema sitwazzjonijiet hemm bżonn il-kuraġġ biex tesprimi l-fidi tiegħek lil xi ħadd fl-awtorità?