GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kun Sod Hekk Kif Riesaq it-Tmiem
GĦALA HU IMPORTANTI: Dalwaqt se jkun hawn ġrajjiet mhux tas-soltu li fihom se jkollna bżonn nuru kuraġġ u fidi f’Ġeħova iktar minn qatt qabel. It-tribulazzjoni l-kbira se tibda meta r-reliġjon falza tinqered. (Mt 24:21; Ri 17:16, 17) Matul dak iż-żmien taʼ taqlib, hu probabbli li se nagħtu messaġġ taʼ ġudizzju bil-kuraġġ. (Ri 16:21) Aħna se niġu attakkati minn Gog taʼ Magog. (Eże 38:10-12, 14-16) Biex Ġeħova jiddefendi l-poplu tiegħu, hu se jibda “l-gwerra tal-jum il-kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox.” (Ri 16:14, 16) Biex insaħħu l-kuraġġ tagħna għal dak li se jiġri fil-futur għandna nibqgħu leali kull meta tiġi ttestjata l-fidi tagħna.
KIF TAGĦMEL DAN:
Bil-kuraġġ, iddefendi u għix skont il-livelli morali għoljin taʼ Ġeħova.—Is 5:20
Kompli aqdi lil Ġeħova maʼ sħabek il-Kristjani.—Eb 10:24, 25
Kun lest biex mill-ewwel tobdi d-direzzjoni li nirċievu mill-organizzazzjoni taʼ Ġeħova.—Eb 13:17
Immedita fuq kif Ġeħova salva lill-poplu tiegħu fil-passat.—2Pt 2:9
Itlob lil Ġeħova u afda fih.—Sa 112:7, 8
ARA L-VIDJOW ĠRAJJIET LI RRIDU NURU KURAĠĠ FIHOM FIL-FUTUR—SILTA MILL-VIDJOW, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Il-pubblikaturi taʼ kongregazzjoni tqassmu f’żewġ kongregazzjonijiet oħra. Liema test t’ubbidjenza kellhom jiffaċċjaw?
L-ubbidjenza kif se tgħinna nkunu iktar kuraġġużi?
Għala se jkollna bżonn il-kuraġġ meta tiġi Armageddon?
Aħdem fuq il-kuraġġ issa għax se tiġi bżonnu fil-futur
Liema rakkont tal-Bibbja jgħinna nkunu iktar ċerti li Ġeħova jistaʼ jsalvana?—2Kr 20:1-24