TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 15-16
Faħħar lil Ġeħova bil-Kant
Il-mużika tistaʼ taffettwa ħafna dak li naħsbu u kif inħossuna. Il-kant hu parti importanti mill-qima tagħna lejn Ġeħova.
Mosè u l-Iżraelin faħħru lil Ġeħova bil-kant għax hu salvahom b’miraklu ħdejn il-Baħar l-Aħmar
Is-Sultan David qabbad 4,000 raġel biex jaqdu bħala mużiċisti u kantanti fit-tempju
Fil-lejl qabel ma miet, Ġesù u l-appostli leali tiegħu kantaw biex ifaħħru lil Ġeħova
X’opportunitajiet għandi biex infaħħar lil Ġeħova bil-kant?