TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 23-24
Tagħmilx Bħalma Jagħmlu l-Oħrajn
Ġeħova wissa lix-xhieda u l-imħallfin f’każi legali biex ma jiġux influwenzati minn oħrajn u jigdbu jew jagħtu ġudizzju li mhux ġust. Il-prinċipju li ma niġux influwenzati minn oħrajn japplika wkoll f’aspetti oħra tal-ħajja. Id-dinja l-ħin kollu tipprova tagħmel pressjoni fuq il-Kristjani biex jaħsbu u jaġixxu bħan-nies li ma jirrispettawx lil Ġeħova.—Rum 12:2.
Għala mhux għaqli li tagħmel bħall-oħrajn
meta tismaʼ gossip jew qlajjiet li m’hemmx prova għalihom?
meta tagħżel l-ilbies, stili tax-xagħar, jew divertiment?
meta taħseb dwar nies taʼ razza, kultura, jew sitwazzjoni finanzjarja differenti u meta tittratta magħhom?