GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kampanja Speċjali f’Novembru Biex Ngħidu lin-Nies Dwar is-Saltna t’Alla
Ġesù xandar “l-aħbar tajba tas-saltna t’Alla.” (Lq 4:43) Ukoll, hu għallem lin-nies biex jitolbu għal dik is-Saltna. (Mt 6:9, 10) Matul Novembru se nagħmlu sforz speċjali biex inxandru s-Saltna t’Alla. (Mt 24:14) Irranġa l-iskeda tiegħek biex tieħu sehem kemm jistaʼ jkun f’din il-kampanja. Dawk li jaqdu bħala pijunieri awżiljarji jistgħu jaħdmu 30 jew 50 siegħa għal dan ix-xahar.
Aqsam skrittura dwar is-Saltna t’Alla maʼ kemm jistaʼ jkun nies fit-territorju tiegħek. Meta tagħżel skrittura, agħti kas x’jemmnu dawk li jisimgħuk. Jekk xi ħadd juri interess fl-ewwel darba li tkellmu, agħtih kopja tal-edizzjoni pubblika taʼ It-Torri tal-Għassa Nru. 2 2020. Imbagħad kemm jistaʼ jkun malajr ħu ħsieb l-interess, u pprova ibda studju tal-Bibbja billi tuża pubblikazzjoni mill-Kaxxa tal-Għodda tat-Tagħlim. Dalwaqt, is-Saltna t’Alla se tfarrak il-gvernijiet kollha li jopponuha. (Da 2:44; 1Ko 15:24, 25) B’hekk, jalla nieħdu vantaġġ sħiħ minn din l-opportunità speċjali biex nuru li nappoġġaw lil Ġeħova u lis-Saltna tiegħu!
Is-Saltna t’Alla se ġġib Ġenna fuq din l-art!