LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb21 Jannar p. 11
  • Agħżel li Taqdi lil Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħżel li Taqdi lil Ġeħova
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • Materjal Simili
  • Il-Magħmudija Ġġiblek Futur Sabiħ!
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Nikkwalifikaw għall-Magħmudija Kristjana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Il-​Magħmudija u r-​Relazzjoni Tiegħek m’Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • It-Tifsira tal-Magħmudija Tiegħek
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
mwb21 Jannar p. 11
Triq imserrpa turina t-triq biex naqdu lil Ġeħova. Tabelli tul triq jirrappreżentaw il-passi taʼ studju tal-Bibbja, l-attendenza għal-laqgħat, l-ippritkar, u l-magħmudija.

Fejn qiegħed int fit-triq għall-magħmudija?

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Agħżel li Taqdi lil Ġeħova

Jekk inti pubblikatur żagħżugħ mhux mgħammed jew student tal-​Bibbja, għandek il-​mira li titgħammed? Għala taħseb li għandek titgħammed? Id-​dedikazzjoni u l-​magħmudija huma l-​bidu taʼ ħbiberija speċjali maʼ Ġeħova. (Sa 91:1) Ukoll, dawn iwassluk għal salvazzjoni. (1Pt 3:21) Kif tistaʼ tasal biex tieħu dawn il-​passi?

Kun konvint li din hi l-​verità. Meta jkollok xi mistoqsijiet, agħmel riċerka. (Rum 12:2) Sib xi bidliet li għandek bżonn tagħmel, u aħdem fuqhom bix-​xewqa li togħġob lil Ġeħova. (Pr 27:11; Ef 4:23, 24) Itolbu dejjem għall-​għajnuna. Kun ċert li Ġeħova se jsaħħek u jappoġġjak bil-​qawwa tal-​ispirtu qaddis tiegħu. (1Pt 5:10, 11) Kull sforz li tagħmel hu worth it. Li taqdi lil Ġeħova hu l-​aħjar mod kif tgħix!—Salm 16:11.

ARA L-​VIDJOW IT-​TRIQ GĦALL-​MAGĦMUDIJA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Xi wħud liema diffikultajiet għelbu biex jitgħammdu?

  • Kif tistaʼ ssaħħaħ il-​fidi biex tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova?

  • Xi mmotiva lil xi wħud biex jagħmlu dak li kien hemm bżonn biex jikkwalifikaw għall-​magħmudija?

  • Ġeħova kif ibierek lil dawk li jagħżlu li jaqduh?

  • Xi jfissru d-​dedikazzjoni u l-​magħmudija?

Fi tmiem it-​taħdita tal-​magħmudija, il-​kelliem jitlob lill-​kandidati għall-​magħmudija jqumu bilwieqfa u jwieġbu ż-​żewġ mistoqsijiet li ġejjin b’leħen għoli u ċar:

Indimt int minn dnubietek, iddedikajt lilek innifsek lil Ġeħova, u aċċettajt int li l-​mezz tas-​salvazzjoni tiegħu hu permezz taʼ Ġesù Kristu?

Tifhem int li l-​magħmudija tiegħek tidentifikak bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova fi sħubija mal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova?

Meta l-​kandidati għall-​magħmudija jwieġbu iva għal dawn iż-​żewġ mistoqsijiet, huma jkunu qed jgħidu b’mod pubbliku li poġġew fidi fil-​fidwa u ddedikaw ruħhom lil Ġeħova biss.—Rum 10:9, 10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja