LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb23 Marzu p. 13
  • Kif Tuża l-Vidjows tal-Istudju tal-Bibbja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tuża l-Vidjows tal-Istudju tal-Bibbja
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Materjal Simili
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nużaw il-vidjows biex ngħallmu
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Uża Għajnuniet Viżwali li Jgħallmu
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • L-Effett tal-Vidjos li Jagħtu Xiehda
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • X’Inhu l-Kors tal-Bibbja li Joffru x-Xhieda taʼ Ġeħova?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
mwb23 Marzu p. 13
Oħt qed turi l-vidjow “Għala għandek tistudja l-Bibbja?—Verżjoni twila” lil mara fuq il-mowbajl.

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kif Tuża l-Vidjows tal-Istudju tal-Bibbja

Aħna għandna erbaʼ vidjows tal-istudju tal-Bibbja biex nużaw fuq is-service. Kif nistgħu nużawhom?

  • Għala għandek tistudja l-Bibbja?—Verżjoni twila ġie ddisinjat biex iħajjar lin-nies jaraw x’tgħid il-Bibbja, anki jekk ma jemmnux fiha. Il-vidjow iħajjar lil min qed jarah biex ifittex fil-Bibbja t-tweġibiet għal mistoqsijiet importanti li jkollna f’ħajjitna. Ukoll, jagħti eżempju taʼ kif il-Bibbja twieġeb waħda minn dawn il-mistoqsijiet. Jispjega kif tistaʼ ssaqsi għal studju tal-Bibbja.

  • Għala għandek tistudja l-Bibbja? (verżjoni qasira) hu simili għall-verżjoni t-twila, imma ħafna iqsar. Jaf ikun aħjar fejn in-nies ma tantx ikollhom ċans jitkellmu.

  • X’Jiġri Matul Studju tal-Bibbja? ġie ddisinjat biex iħajjar lin-nies jistudjaw il-Bibbja b’xejn. Fih ukoll tweġibiet għal xi mistoqsijiet li n-nies ikollhom u kif issaqsi għal studju tal-Bibbja.

  • Nieħdu Pjaċir Nistudjaw il-Bibbja Miegħek ġie ddisinjat biex nuruh lill-istudent. Għalkemm il-vidjow jidher f’paġna tnejn tal-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, tistaʼ turih meta tiddiskuti l-browxer Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Il-vidjow isemmi x’fih il-ktieb u jgħin lill-istudent jifhem x’se jiġri waqt kull diskussjoni.

Għalkemm kull vidjow ġie ddisinjat għal sitwazzjoni partikulari, meta jkun xieraq tistaʼ turi jew tibgħat kwalunkwe wieħed. Ikun tajjeb li l-pubblikaturi jkunu jafu x’fihom sew u jużawhom fis-service.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja