LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb23 Mejju p. 5
  • Int Preparat għal Kriżi Ekonomika?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Preparat għal Kriżi Ekonomika?
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Materjal Simili
  • Preparat int?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Kun Ippreparat Waqt l-​Aħħar tal-​Aħħar Jiem
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • Deċiżjonijiet li Juru li Tafda f’Ġeħova
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Int Preparat Biex Tiffaċċja Inkwiet Ċivili?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
mwb23 Mejju p. 5

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Int Preparat għal Kriżi Ekonomika?

Aħna ma niħduhiex bi kbira meta l-affarijiet li jiġru madwar id-dinja jġibu kriżi ekonomika. Għala le? Għax aħna qed ngħixu fl-aħħar tal-aħħar jiem u l-Bibbja tavżana biex ma nafdawx f’affarijiet li se jispiċċaw. (1Ti 6:17; 2Ti 3:1) L-eżempju tar-Re Ġeħosafat x’jgħallimna dwar li nkunu lesti għal kriżi ekonomika?

Ġeħosafat wera fiduċja f’Ġeħova meta kien se jiġi attakkat mill-għedewwa. (2Kr 20:9-12) Ukoll, hu pprepara minn qabel billi saħħaħ il-bliet u qiegħed gruppi taʼ suldati f’postijiet differenti. (2Kr 17:1, 2, 12, 13) Bħal Ġeħosafat, irridu nafdaw f’Ġeħova u nippreparaw għal żminijiet diffiċli.

X’NISTGĦU NAGĦMLU BIEX NIPPREPARAW GĦAL KRIŻI EKONOMIKA?

Saħħaħ il-ħbiberija tiegħek maʼ Ġeħova: Kun kuntent b’dak li għandek, u kun ċert li Ġeħova se jipprovdilek dak li għandek bżonn. (Mt 6:26; 1Ti 6:8) Kun determinat li qatt ma tieqaf tapplika l-prinċipji tal-Bibbja biex tieħu ħsieb lilek innifsek u lill-familja tiegħek. (Rum 2:21) Aħseb kif tistaʼ tkompli taqra l-Bibbja jew pubblikazzjonijiet mill-Bibbja jekk ma jkollokx elettriku jew Internet. Ara li jkollok kopja stampata taʼ xi pubblikazzjonijiet u jekk possibbli, niżżel minn qabel pubblikazzjonijiet fuq il-mowbajl jew it-tablet.

Ipprepara b’modi oħra: Naqqas id-dejn u l-ispejjeż li m’għandekx bżonn qabel jinqalgħu l-problemi. (Pr 22:7) Jekk hu possibbli, b’mod raġunevoli ixtri xi ikel u affarijiet bżonjużi biex terfagħhom għal meta jkollok bżonnhom. Xi wħud għażlu li jkabbru l-ħaxix biex jiffrankaw il-flus.

ARA L-VIDJOW PREPARAT INT GĦAL XI DIŻASTRU? U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

Stampa mill-vidjow “Preparat Int għal Xi Diżastru?” Stampi żgħar juru Bibbja, go bag u mowbajl, u ħaddiema tal-kostruzzjoni.
  • X’nistgħu nagħmlu biex inkunu preparati għal diżastru?

Stampa mill-vidjow “Preparat Int għal Xi Diżastru?” Aħwa jgħinu wara diżastru billi jagħmlu xogħol taʼ kostruzzjoni u jniżżlu l-affarijiet minn fuq trakk.
  • Kif nistgħu nippreparaw biex ngħinu lil oħrajn?

IPPROVA DAN

Waqt il-qima bħala familja, għaddu flimkien Stenbaħ! Nru. 1 2022. Araw x’tistgħu tagħmlu iżjed biex tippreparaw għal diżastru.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja